Konferenza Internazzjonali dwar Centri ghal matul il-jum isir f'Malta
Is-Segretarjat ghall-Anzjani flimkien mal-Associazione Nazionale dei Centri Sociali sejjer jorganizza seminar ta' tlett ijiem fil-Galaxy Hotel Sliema bit-Tema "Konferenza Internazzjonali Centri Ghal Matul il-Jum".
Is-Segretarju Parlamentari ghall-Anzjani, it-Tabib Louis Buhagiar sejjer jiftah din il-Konferenza nhar it-Tnejn 10 ta' Marzu 1997 fid-9.30 ta' filghodu. Il-kelliema ewlenija sejra tkun is-Sinjorina Marisa Scerri filwaqt li ghat-Taljani sejjer ikun l-Onorevoli Dott. Mario Andrea Bertolini. L-ghan ewlieni ta' din il-Konferenza hu biex jigu mfissra l-esperjenzi u aspettativi fic-"Centri ghal Matul il-Jum" fl-Italja u f'Malta.
Din il-Konferenza tintemm mis-Segretarju Parlamentari ghall-Anzjani fit-12 ta' Marzu 1997, fis-7.00 ta' filghaxija, fir-Residenza ta' San Vincenz de Paule f'Hal Luqa.
Other Press Releases:
PR261905
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħ...
PR261904