Stqarrija tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd dwar l-Industrija tat-Tjur
Wiehed mill-problemi li kellu jiffaccja l-Ministeru tal-Biedja u Sajd wara Ottubru 1996, kien fis-settur tat-trobbija tat-tjur, settur li ghal bosta snin thalla minghajr ebda direzzjoni u ma nghatax l-attenzjoni mehtiega li kien jixraqlu. B'rizultat ta' dan l-abbandun, f'din l-industrija li ghandha valur ta' madwar 12 il-miljun, inholqu diversi problemi, tant li bosta produtturi, kif ukoll processuri, kellhom iwaqqfu l-produzzjoni taghhom minhabba l-flejjes kbar li kienu qeghdin jitilfu.
Il-Ministeru tal-Biedja u Sajd ma setghax ihalli li s-sitwazzjoni tkompli taggrava aktar, bil-konsegwenza li din l-industrija tisfa' mfarrka. Ghalhekk saru diversi laqghat bejn ufficjali tad-Dipartiment u nies involuti fl-industrija sabiex jibda' jigi mfassal pedament sod biex il-hsara prezenti ma tkomplix tiggrava. Dawn il-laqghat qeghdin jigu ppreseduti mill-Ministru Noel Farrugia, li qieghed jiehu interess dirett fl-organizzazzjoni ta' din l-industrija.
Ser jerga' jitwaqqaf il-Poultry Advisory Board li kien ilu ma jiffunzjona ghal tliet snin shah. Gew approvati ligijiet u regolamenti li jissalvagwardjaw lil kull tip ta' produtturi, kif ukoll lill-konsumatur. Dawn il-ligijiet kienu ilhom ippreparati u thallew pendenti ghall-aktar minn tliet snin. Huwa fl-interess ta' l-Industrija li jsir Survey rigward il-produtturi, kemm tal-bajd kif ukoll tat-tigieg tas-simna. Dan is-Survey ser isir b'mod professjonali u li jkun jirrifletti stampa cara ta' l-Industrija, mhux bhal dak li kien sar fl-1988.
Qeghdin jigu preparati wkoll regolamenti rigward titjib tal-farms prezenti kif ukoll ta` dawk li jinbnew godda. Ser issir Poultry Health Scheme li biha s-sahha tat-tjur u l-prevenzjoni mill-mard tkun ikkontrollata.
Ser jigu ntrodotti testijiet specifici fil-laboratorju l-gdid tal-Biccerija kif ukoll vizti ta' rutina fuq il-farmsghar-rigward li jissahhah is-servizz ta' l-Extension Service f'dan is-settur.
Sabiex jigi spjegat l-andament ta` din ir-rikostruzzjoni ta` l-Industrija tat-Tjur, ser issir laqgha ghal kull min hu interessat fis-sala ta` l-Extension Service, fis-Civic Centre, f`Haz-Zabbar, nhar il-Gimgha, 14 ta' Marzu 1997 fis-6.00 ta' fil-ghaxija.
Stqarrijiet Oħra:
PR261905
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħ...
PR261904