Waqfien ta' l-impjant tar-Reverse Osmosis tac-Cirkewwa
Minkejja l-waqfien tal-produzzjoni ta' l-ilma mill-impjant tar-Reverse Osmosis tac-Cirkewwa, id-distribuzzjoni ta' l-ilma fit-Tramuntana ta' Malta mhix mistennija li tkun effettwata.
Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma ser twettaq xoghlijiet ta' manutenzjoni strutturali f'dan l-impjant bejn l-10 u l-14 ta' Marzu 1997. Bhalissa l-impjanti jipproduci kwazi 3 miljun gallun ilma kuljum.
Din il-produzzjoni ser tkun kompensata mill-impjant tar-Reverse Osmosis ta' Pembroke. Permezz tal-flessibilita' li l-Korporazzjoni wettqet fis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma, il-provvista lejn it-Tramuntana ser titqassam minn dan l-impjant.
Matul dan il-perjodu l-Korporazzjoni ser twettaq ezercizzju ta' kontroll tat-telf ta' ilma fil-gibjun tan-Naxxar. Dan l-ezercizzju huwa pprogrammat bejn nhar l-Erbgha filghodu 12 ta' Marzu u l-Hamis 13 ta' Marzu filghodu. Ghaldaqstant il-provvista ser tkun sospiza fil-lokalitajiet ta' Bugibba, Qawra, Xemxija, San Pawl il-Bahar, Burmarrad, Salina, Lija, Iklin, Birkirkara, Mosta, Naxxar, Madliena u Gharghur.
Il-konsumaturi li kellhom bzonn ta' informazzjoni jew assistenza jistghu jinqdew bis-servizz tal-Customer Care billi jcemplu fuq il-linji 234530 u 234531 mit-Tnejn sal-Gimgha u fuq il-freephone0800 77 2322 is-Sibtijiet u Hdud.
Stqarrijiet Oħra:
PR261905
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħ...
PR261904