Left arrow Mur Lura

Kumitat ta' Azzjoni ghal Ghawdex

pr0389
Date Icon 05/03/1997

Gie imwaqqaf il-Kumitat ta' Azzjoni ghal Ghawdex li ser jiehu hsieb ir-rijabilitazzjoni tal-bajjiet turistici tax-Xlendi, Marsalforn u postijiet storici. Dan gie ffurmat waqt laqgha li saret mill-Ministru tat-Turizmu, l-Onor Karmenu Vella u s-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, l-Onor Anton Refalo, lil rappresentanti, is-sidien tal-lukandi, hwienet u kull minn ghandu x'jaqsam mas-settur tat-turizmu.

Il-Ministru Vella emfasizza r-rwol u s-shubija li ghandu jkollu s-settur privat fit-tmexxija fil-qasam tat-turizmu fi hdan il-Kumitat. Dan mehtieg jahdem id f'id mal-Gvern halli jitjieb il-livell tas-servizz li jinghata lit-turist fil-gzira. Il-Kumitat huwa maghmul mill-President, is-Sur Victor Cauchi, rapprezentant tal-Ministeru tat-Turizmu, il-Vici President, is-Sur Anton Mercieca, minn naha tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex, rapprezentanti mid-Dipartiment tax-Xoghlijiet, ta' l-Agrikoltura u tad-Drenagg; rapprezentanti ohra mill-Kunsill tal-Munxar u taz-Zebbug, u rapprezentant iehor fis-settur privat ghal bajjiet tax-Xlendi u ta' Marsalforn.

L-Onor Refalo zied jghid li l-impenn tal-membri tal-Kumitat huwa li jressqu l-proposti taghhom fi zmien qasir biex ix-xoghol jigi mplimentat bla dewmien. Huwa temm ighid li, kif jaf kulhadd, l-industrija tat-turizmu hija l-mutur ta' l-ekonomija ta' Ghawdex. Il-President tal-Kumitat, is-sur Victor Cauchi indirizza ukoll lil rapprezentanti numeruzi ta' l-industrija tat-Turizmu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the Paris Peace Forum, highlighting the importance of protecting children in the digital world and strengthening democracy and security through international cooperation

PR261894en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker jipparteċipa fil-Paris Peace Forum u jenfasizza l-importanza tal-protezzjoni tat-tfal fid-dinja diġitali u tat-tisħiħ tad-demokrazija u s-sigurtà permezz tal-kooperazzjoni internazzjonali

PR261894

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker jipparteċipa fil-Paris Peac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow