Delegazzjoni mill-European Investment Bank f'diskussjonijiet mal-Ministru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni
L-importanza ta' l-ghajnuna li l-EIB (European Investment Bank) tista' toffri hija kbira, specjalment fl-izvilupp infrastrutturali ta' pajjizna. Dan qalu l-Ministru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni, il-Perit Charles Buhagiar, f' laqgha li huwa kellu ma'delegazzjoni mill-European Investment Bank.
IL-Ministru Buhagiar qal li l-progetti li hemm imfassla mill-Ministeru tieghu jirrikjedu finanzjament kbir. Fost dawn il-progetti hemm il-Masterplan tad-Drenagg u l-Master Plan ghall-Ilma tax-Xita, Masterplan ghat-Toroq u l-Implimentazzjoni ta' l-Istrategija ghal l-Immaniggjar ta' l-Iskart. F'dan l-ahhar qasam il-Ministeru tax-Xoghlijiet Pubblici flimkien mal-Ministeru ghall-Ambjent ghad iridu jiffinallizaw x'jista' jsir biex aktar tard jghaddu l-proposti taghhom.
Fl-oqsma l-ohra, il-Ministeru tax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni ghadda l-proposti tieghu biex dawn jigu studjati mid-delegazzjoni ta' l-EIB.
Id-delegazzjoni ta' l-EIB kienet iffurmata mis-Sur Patrick Walsh (Kap tat-Taqsima Lvant tal-Mediterranean)u s-Sur Rainer Saerbeck (Ufficjal Gholi ghas-Self). Prezenti ghal din il-laqgha kien hemm ghadd ta' diretturi mill-Ministeru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni, id-direttur Generali, il-Perit Vincent Cassar u s-Segretarju Permanenti, is-Sur John Bonnici.
Stqarrijiet Oħra:
PR261894en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the ...
PR261894