Left arrow Mur Lura

Diskussa l-Qaghda tal-Pensjonanti mal-Prim Ministru

pr0386
Date Icon 05/03/1997

Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant qal li l-Gvern il-gdid irid izomm bilanc bejn il-piz tal-pensjonijiet u l-piz ta' servizzi specjalizzati ghall-anzjani. Dr. Alfred Sant qal lill Ghaqda Nazzjonali tal-Pensjonanti li l-Gvern il-gdid huwa impenjat li jelimina l-anomaliji fis-servizzi socjali. Il-Prim Ministru kien qed jiddiskuti l-qaghda tal-pensjonanti fl-ufficcju tieghu fil-Parlament ma' delegazzjoni ta' l-Ghaqda Nazzjonali tal-Pensjonanti li kienet immexxija mill-President ta' l-Ghaqda, is-Sur Albert Tabone.

Il-Prim Ministru qal li bhalissa Kummissjoni qed tgharbel il-qaghda tal-pensjonanti li kienu self-employed zghar. Dr. Sant qal li qed tigi studjata wkoll is-sitwazzjoni tar-romol tas-Servizzi Inglizi fil-qafas tal-pjan biex il-pensjoni taz-zewg terzi tinfetah ghal min ghandu dhul minn aktar minn pensjoni wahda.

Dr. Sant qal li t-titjib fil-pensjonijiet irid isir b'mod li jaghmel tajjeb ghall-gholi tal-hajja waqt li jitqies l-access li l-anzjani ghandhom ghal servizzi socjali ohra.

L-Ghaqda Nazzjonali tal-Pensjonanti elenkat diversi punti teknici dwar l-gholi tal-pensjonijiet u esprimiet it-tama li l-pensjonanti jibdew jinghataw l-istess trattament. Prezenti ghal din il-laqgha kien hemm ukoll il-Prof. Louis Buhagiar, Segretarju Parlamentari ghall-Anzjani.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Se jitfassal dokument ta’ drittijiet u responsabbiltajiet għal kull min jidħol f’kuntratt ta’ kirja wara l-konsultazzjoni pubblika dwar il-Buyers’ Charter

PR261919

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Se jitfassal do...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  ’Il fuq minn 6,000 persuna rċevew l-għajnuna tal-Victim Support Agency fl-ewwel ħames snin mit-twaqqif tagħha

PR261918

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ ’Il fuq minn 6,000 persu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow