Stqarrija mid-Dipartiment tas-Sahha dwar tnaqqis fil-pagi ta' Infirmiera
Din li ssegwi hija stqarrija mahruga mid-Dipartiment tas-Sahha, il-G.W.U., l-U.H.M., u l-M.U.M.N. dwar it-tnaqqis fil-pagi li sar lil ghadd ta' infirmiera.
"Id-Dipartiment tas-Sahha jaghmel referenza ghall-istqarrija lill-istampa li harget l-MUMN il-bierah dwar tnaqqis fil-paga lil ghadd ta' infermiera minghajr ma dawn gew avzati."
"Illum, fid-Dipartiment tas-Sahha saret laqgha mat-tliet Unions li jirrapprezentaw lill-infermiera, jigifieri, il-GWU, l-UHM u l- MUMN. F'dan il-joint statement irid jigi spjegat li n-nurses fid-Dipartiment tas-Sahha kienu l-ewwel kategorija ta' imjegati li bbenefikaw mill-assimilation exercise bhala rizultat tar-riforma tac-Civil. Fl-1993 id-Dipartiment tas-Sahha kien baghat is-sottomissjonijiet tieghu lill-MPO u lit-Tezor u l-infermiera kienu hadu l-aggustament u l-arretrati fil-paga f'Awissu 1993."
"Wara li ntemm l-ezercizzju kollu tar-riforma fil-gradi kollha tac-Civil, fi Frar 1996 mill-Ufficcju tal-Prim Ministru kienet harget cirkolari li, fost affarijiet ohra, ezigiet li l-ufficjali pubblici li kienu regghu lura ghal impjieg governattiv wara li fi zmien qabel kienu rrizenjaw jew intemmilhom l-impjieg, dak iz-zmien li jkunu hadmu qabel ma jkunx jghodd biex javvanzaw fi skala ghola jew biex jiehdu promozzjoni. Id-Dipartiment tas-Sahha kellu ghalhekk jaghmel ezercizzju biex jaggusta fejn mehtieg."
"Il-Unions koncernati immedjatament oggezzjonaw ghal din l-interpretazzjoni gdida u ilhom mis-sena l-ohra f'diskussjoni ma' l-Ufficcju tal-Prim Ministru. Madanakollu id-Dipartiment baqa' miexi fuq l-istruzzjonijiet moghtija lilu fi Frar 1996."
"L-ezercizzju tad-Dipartiment intemm f'Awissu 1996 u minn Frar 1997 is-salarji inhadmu skond l-interpretazzjoni moghtija fic-cirkolari li harget fi Frar 1996. Minghajr ma gew mgharrfa l-Unions, xi 35 impjegat tnaqqsitilhom il-paga. F'laqgha li saret illum bejn id-Dipartiment u l-Unions koncernati u wara intervent tal-Ministru tas-Sahha, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, gie deciz b'konsultazzjoni mad-Dipartiment tat-Tezor li s-salarji kollha milquta minn din il-mizura jergghu lura ghal Jannar 1997 u l-flus imnaqqsa jigu rifonduti fis-salarji ta' Marzu li gej."
"It-Tliet Unions qed jinsistu li jkomplu t-tahdidiet mal-Management & Personnel Office dwar l-interpretazzjoni tal-ftehim ta' l-1993 ta' l-Infermiera."
Iffirmat:
Mario Cutajar, GWU
John M. Briffa, UHM
Rudolph Cini, MUMN
J.M. Cachia, A/CGMO
Other Press Releases:
PR261905
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħ...
PR261904