Konvenzjoni kontra t-tniggis ta' l-arja
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent, l-Onor. George Vella, iffirma l-istrument li permezz tieghu Malta se taccedi ghall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Long-Range Transboundary Air Pollution u l-Protokoll dwar il-finanzjament ta' din il-Konvenzjoni.
Din il-Konvenzjoni, irratifikata minn madwar erbghin pajjiz Ewropew, ghandha l-ghan li jigi mnaqqas it-tniggis ta' l-arja fir-regjun ta' l-Ewropa u l-Mediterran, kif ukoll li jsiru studji fuq bazi kontinwa sabiex jigu mkejjla l- livelli ta' tniggis ta' l-arja f'dan ir-regjun.
Barra li t-tniggis ta' l-arja jista' jkun kagun ta' mard fil-bniedem, huwa wkoll responsabbli ghal qirda ta' l-ambjent naturali u dak uman bhal monumenti u bini storiku. Meta wiehed janalizza in-nefqa pubblika specjalment fis-settur tas-sahha u ghar-rijabilitazzjoni ta' bini storiku li tinholoq bhala konsegwenza tat-tniggis fl-arja, malajr jinduna li fl-ahhar mill-ahhar Konvenzjonijiet favur il-harsien ta' l-ambjent iservu wkoll biex jitnaqqsu certu spejjez tal-Gvern.
L-iffirmar ta' din il-Konvenzjoni huwa pass fit-twettiq tal-politika barranija tal-Gvern gdid li ghandha l-ghan li Malta tippartecipa b'mod attiv f'inizzjattivi fil-qasam internazzjonali fost l-ohrajn fejn jidhol il-harsien ambjentali. Din il-koperazzjoni se ssahhah ir-rabtiet tal-Gvern ta' Malta ma pajjizi ohra kif ukoll se tkun ta' vantagg ghall-poplu Malti kollu.
Meta din il-Konvenzjoni tidhol fis-sehh ghal pajjizna, Malta jkollha l-obbligu li tikkopera ma' pajjizi ohra fil-qasam ambjentali. Vantagg iehor minn shubija f'din il-Konvenzjoni hi li Malta tista' tibbenefika minn ghajnuna xjentifika u teknika minn pajjizi membri ohra. Din il-Konvenzjoni ghandha isservi wkoll biex jingabar dak it-taghrif xjentifiku necessarju li jista' jkun il-bazi li fuqu tista' tigi mibnija strategija favur il-harsien ta' l-ambjent specjalment f'dak li jikkoncerna l-arja. Id-dhul ta' Malta f'din il-Konvenzjoni jikkonforma wkoll mal-hsieb ta' dan il-Gvern li jsib il-mezzi biex tigi analizzata il-kwalita' ta' l-arja f' pajjizna u jigu studjati r-relazzjonijiet li jistghu jeziztu bejn dawn il-fatturi u certi tipi ta' mard.
Stqarrijiet Oħra:
PR261894en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the ...
PR261894