Left arrow Go Back

Konvenzjoni kontra t-tniggis ta' l-arja

pr0377
Date Icon 03/03/1997

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent, l-Onor. George Vella, iffirma l-istrument li permezz tieghu Malta se taccedi ghall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Long-Range Transboundary Air Pollution u l-Protokoll dwar il-finanzjament ta' din il-Konvenzjoni.

Din il-Konvenzjoni, irratifikata minn madwar erbghin pajjiz Ewropew, ghandha l-ghan li jigi mnaqqas it-tniggis ta' l-arja fir-regjun ta' l-Ewropa u l-Mediterran, kif ukoll li jsiru studji fuq bazi kontinwa sabiex jigu mkejjla l- livelli ta' tniggis ta' l-arja f'dan ir-regjun.

Barra li t-tniggis ta' l-arja jista' jkun kagun ta' mard fil-bniedem, huwa wkoll responsabbli ghal qirda ta' l-ambjent naturali u dak uman bhal monumenti u bini storiku. Meta wiehed janalizza in-nefqa pubblika specjalment fis-settur tas-sahha u ghar-rijabilitazzjoni ta' bini storiku li tinholoq bhala konsegwenza tat-tniggis fl-arja, malajr jinduna li fl-ahhar mill-ahhar Konvenzjonijiet favur il-harsien ta' l-ambjent iservu wkoll biex jitnaqqsu certu spejjez tal-Gvern.

L-iffirmar ta' din il-Konvenzjoni huwa pass fit-twettiq tal-politika barranija tal-Gvern gdid li ghandha l-ghan li Malta tippartecipa b'mod attiv f'inizzjattivi fil-qasam internazzjonali fost l-ohrajn fejn jidhol il-harsien ambjentali. Din il-koperazzjoni se ssahhah ir-rabtiet tal-Gvern ta' Malta ma pajjizi ohra kif ukoll se tkun ta' vantagg ghall-poplu Malti kollu.

Meta din il-Konvenzjoni tidhol fis-sehh ghal pajjizna, Malta jkollha l-obbligu li tikkopera ma' pajjizi ohra fil-qasam ambjentali. Vantagg iehor minn shubija f'din il-Konvenzjoni hi li Malta tista' tibbenefika minn ghajnuna xjentifika u teknika minn pajjizi membri ohra. Din il-Konvenzjoni ghandha isservi wkoll biex jingabar dak it-taghrif xjentifiku necessarju li jista' jkun il-bazi li fuqu tista' tigi mibnija strategija favur il-harsien ta' l-ambjent specjalment f'dak li jikkoncerna l-arja. Id-dhul ta' Malta f'din il-Konvenzjoni jikkonforma wkoll mal-hsieb ta' dan il-Gvern li jsib il-mezzi biex tigi analizzata il-kwalita' ta' l-arja f' pajjizna u jigu studjati r-relazzjonijiet li jistghu jeziztu bejn dawn il-fatturi u certi tipi ta' mard.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  Winners of the second edition of the Sustainable Development Action Awards announced

PR261893en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Jitħabbru r-rebbieħa tat-tieni edizzjoni tas-Sustainable Development Action Awards

PR261893

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow