Progett tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-ilma fis-Siggiewi
Il-progett tal-bdil u estensjonijiet ta' mains godda fis-Siggiewi, mniedi mill-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma, issa jinsab fi stadju avvanzat. Il-konsumaturi f'din il-lokalita diga bdew jinqdew b'servizz ta' kwalita ahjar fil-provvista ta' l-ilma.
Il-provvista ta' l-ilma issa giet mqabbda mas-sistema tad-distribuzzjoni mill-gibjun tal-Qrendi. B'hekk il-provvista hija ta' ilma mill-impjant tar-Reverse Osmosis ta' Lapsi u mill-pumping stations. B'dan il-progett il-provvista diretta mill-boreholes fis-Siggiewi ser tinqata'.
Ix-xoghlijiet ta' dan il-progett inbdew tard is-sena l-ohra u jikkonsistu fi bdil u estensjonijiet ta' madwar zewg kilometri ta' mains b'wisa' li tvarja minn 100 sa 250 millimetri. B'kollox ser ikunu nbidlu madwar 350 servizzi ta' l-ilma tad-djar. Dawn is-servizzi qed jinbidlu b'pajpiet tal-polyethylene mill-main tat-triq sal-bankini u qed jigu wkoll installati l-earth electrodes.
Il-Korporazzjoni hadhet hsieb li tnaqqas l-inkonvenjent lill-konsumaturi waqt li jitwettqu x-xoghlijiet. Fil-bidu ta' dan ix-xahar zviluppaw hsarat f'mains qodma. It-tfittxija u t-tiswijiet tal-hsarat twettqu fl-iqsar zmien fejn kienet giet affettwata l-pressa ta' l-ilma fis-sulari gholja tal-bini residenzjali. Dawn il-mains qodma issa nbidlu jew ser jinbidlu fi zmien qasir.
Sadanittant il-bdil ta' mains qodma tat-3 u s-6 pulzieri ser jitkompla kif ippjanat fi Triq San Gwann, Triq San Gakbu, Triq il-Knisja l-Qadima u Triq Lapsi.
Il-Korporazzjoni tfakkar lill-konsumaturi li f'kaz li jkollhom bzonn ta' informazzjoni jew ghajnuna jistghu jcemplu lis-sezzjoni Customer Care fuq in-numri 234530 jew 234531.
Stqarrijiet Oħra:
PR261906
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Aktar minn 200...
PR261905