L-Ambaxxatur Franciz jaghmel zjara ta' kortesija lill-Ministru Michael Farrugia
Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia, laqa' fl-ufficju tieghu f'Casa Leoni, Sta Venera, lill-Ambaxxatur ghal Franza l-E.T. Patrick Amiot ghal zjara ta' kortesija.
L-Ambaxxatur Franciz semma bhala prijorita d-draft agreement li kien tressaq xi zmien ilu pero' minhabba nuqqas ta' qbil fuq xi punti, qatt ma sar xejn aktar mill-amministrazzjoni precedenti.
Il-Ministru Michael Farrugia minn naha tieghu qabel li ghandhom isiru d-diskussjonijiet necessarji halli kwalunkwe intopp jigi meghlub.
Tul il-laqgha gew diskussi diversi possibilitajiet ta' kooperazjoni bejn iz-zewg nahat fis-settur tas-sahha u ta' l-anzjani.
Fost is-suggetti diskussi kien hemm tibdil ta' informazzjoni dwar ricerka fil-qasam tas-sahha u gerontologija, koperazjoni bejn specjalisti, tobba, studenti tal-medicina kif ukoll dawk fis-settur paramediku, scholarships ghall-istudenti Maltin, kif ukoll dwar kuntatti futuri bejn il-United Nations International Institute on Aging u persuni interessati fi Franza.
Stqarrijiet Oħra:
PR261894en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the ...
PR261894