Il-Ministru Michael Farrugia jaghmel zjara f'St. James Clinic
Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia, ghamel zjara fil-Klinika St. James, f' Haz-Zabbar, li hija fornuta b'diversi facilitajiet medici.
Waqt iz-zjara il-Ministru Michael Farrugia qal li l-politika tal-Gvern prezenti hija li filwaqt li qieghed jahdem biex is-settur tas-Sahha tal-Gvern ikompli jitjieb, ihalli l-ispazju kollu ghas-settur privat u jkollu l-wisgha biex jahdem, kemm f'forma ta' sptarijiet, kif ukoll f'forma ta' klinici privati.
Il-Ministru Farrugia wera sodisfazzjon li jara inizzjattivi privati kif ukoll zviluppi fit-teknologija medika f'dawn il-klinici.
Dr Farrugia gie mdawwar minn Dr Josie Muscat, id-Direttur tal-Klinika St. James. Huwa ltaqa' ma diversi haddiema kif ukoll gie muri tarbija li tlett ijiem ilu twieldet b'sistema ICSI li giet zviluppata f'dawn l-ahhar tlett snin, u zar diversi facilitajiet f'din il-Klinika fosthom X-Ray Room, CT Scan, Mammography, u l-banju tat-twelid fost ohrajn.
Stqarrijiet Oħra:
PR261905
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħ...
PR261904