Il-Prim Ministru jinawgura sistema ta' energija solari f'kumpless turistiku
Il-Prim Ministru Dr Alfred Sant illum inawgura l-ewwel sistema ta' energija solari li se tkun tista' tintuza biex issahhan l-ilma kollu, inkluz swimming pool ta' lukanda lokali fil-Mellieha. Il-Prim Ministru kien mistieden mill-Mellieha Holiday Complex, kumpanija li ghandha 99% ta' investiment mid-Danimarka, li ilha topera f'Malta mis-snin sebghin.
Il-Prim Ministru ferah lill-lukanda ghall-investimenti taghha u qal li kien ta' sodisfazzjon li wiehed jinnota li l-lukanda qed ikollha rizultati pozittivi fil-hidma taghha. Dr Sant fahhar lill-management tal-lukanda ghall-inizjattiva taghhom biex il-lukanda taghmel uzu mill-energija solari u fisser dan l-investiment bhala Environment Friendly. Il-Prim Ministru qal li dan jawgura tajjeb ghall-futur tas-settur turistiku f'Malta.
Id-Direttur Manigerjali tal-Mellieha Holiday Complex, Mr Flemming Jensen qal li fil-mument il-lukanda hija mimlija u ghandha prospetti tajbin hafna ghall-futur u qal li dan jawgura tajjeb ghall-hidma tal-kumpless.
Il-Mellieha Holiday Complex ghandha 130 bungalow u taqdi l-aktar is-suq Daniz. Prezentament il-lukanda qed tahdem fuq pjan ta' diversifikazzjoni ghal turisti mill-Iskandinavja kollha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261905
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħ...
PR261904