Left arrow Go Back

Il-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku jichad rapport li deher fl-istampa lokali

pr0363
Date Icon 25/02/1997

Il-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku kategorikament jichad rapport li deher f'sezzjoni ta' l-istampa lokali li, waqt laqgha li l-Kunsill kellu mal-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomici u Finanzi, is-Sur Lino Spiteri, aktar kmieni din il-gimgha, il-Kunsill ghamel proposta lill-Gvern biex dan izomm is-sistema tat-taxxa tal-VAT u jaghmel fiha biss dawk it-tibdiliet li jidhrulu necessarji.

Din il-laqgha kienet saret wara li l-Ministru Spiteri kien laqa' talba ta' l-istess Kunsill biex fil-prezenza tas-Sur Spiteri tkun diskussa l-White Paper dwar is-sistema gdida ta' tassazzjoni. Fil-laqgha ta' saghtejn li saret aktar kmieni din il-gimgha tqajmu diversi punti dwar l-operat u l-implimentazzjoni tas-sistema l-gdida ta' taxxa kif proposta fil-White Paper. Il-Ministru Spiteri ta spjegazzjoni dettaljata tal-punti imqajma u ha wkoll nota ta' ohrajn biex jigu kkunsidrati fid-dawl tal-politika generali tal-Gvern.

Il-laqghat tal-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku huma konfidenzjali sabiex il-membri kollha jkunu jistghu jesprimu d-diversi opinjonijiet taghhom b'mod miftuh. Kull meta l-Kunsill ihoss li ghandu jaghmel xi proposti dawn isiru b'mod formali biss wara li jkun intlahaq il-consensusnecessarji bejn il-membri ta' l-istess Kunsill.

Ghaldaqstant il-Kunsill Ekonomiku, li jirraprezenta l-partijiet socjali kollha f'Malta, ihoss li rapporti foloz bhal dawn ma jghinux lill-Kunsill biex, permezz ta' djalogu serju u kontinwu bejn il-partijiet socjali, jaghti sehem biex, fl-interess tal-gid komuni, jinstabu soluzzjonijiet adekwati ghall-problemi fl-oqsma tal-ekonomija u r-relazzjonijiet industrijali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  Winners of the second edition of the Sustainable Development Action Awards announced

PR261893en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Jitħabbru r-rebbieħa tat-tieni edizzjoni tas-Sustainable Development Action Awards

PR261893

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow