Is-Segretarju Parlamentari Joe Cilia jqassam ghajnuna finanzjarja lill-Ghaqdiet taz-Zghazagh
Is-Segretarjat Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti regolarment jghin lill-ghaqdiet taz-Zghazagh li jkunu impenjati fuq xoghol ta' fejda ghall-membri taghhom u tas-socjeta' ta' madwarhom.
Din is-sena s-Segratarjat wera l-apprezzament tangibbli meta firex dak li kien il-Premju Zghazagh ghall-Komunita' ghal wiehed nazzjonali - "Gharfien Nazzjonali - Zghazagh fis-Socjeta". Huwa importanti li s-Segretarjat juri l-appogg tieghu lill-ghaqdiet volontarji bi kliem ta' nkoraggament izda huwa importanti wkoll il-mod tangibbli.
Darbtejn f'sena is-Segretarju Parlamentari jistieden lill-Ghaqdiet taz-Zghazagh biex jissottomettu talbiet ghal-ghajnuna finanzjarja ghal xi progett li jkunu se jwettqu.
Ir-raguni 'l ghala l-istedina issir darbtejn f'sena hija biex l-ghaqdiet idahhlu mentalita' ta' ppjanar serju u mhux imorru ghand il-Gvern fl-ahhar zmien ghax ma jkollhomx finanzi bizzejjed jew ghax ma jkunx sar pjanar tajjeb.
Minkejja budget ristrett is-Segretarjat qed jghin li dawk li talbu l-ghajnuna finanzjarja u li kienu konformi mal-kriterji li fuqhom mexa l-board ta' l-ghazla.
Il-Board ta' l-ghazla li kien maghmul mid-Direttur Zghazagh u Sport, John M. Demanuele, il-Liaison Officer ghaz-Zghazagh fis-Segretarjat, Andrew Buhagiar, rapprezentanta mid-Dipartiment tal-Kultura, Annabelle Portelli, u rapprezentanta mill-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh, Claudette Azzopardi, ezamina t-talbiet li saru mill-ghaqdiet varji taz-zghazagh.
B'kollox is-Segretarjat se jghin 13-il-Ghaqda taz-Zghazagh Maltin u Ghawdxin li huma mpenjati fuq progetti ta' volontarjat jew ta' fejda, matul il-perjodu Jannar - Gunju 1997 ghal total ta' Lm3000.
L-Ghaqdiet li se jghin is-Segretarjat Parmalentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti huma dawk elenkati hawn taht :-
Gozo Young Voluntary Group
Salesian Pastoral Youth Service
Osanna Pia
Savio College
Volontarji ma' Dun Bosco
Kummissjoni Zghazagh Paola
Zghazagh tal-Kampanja
Ghaqda Zghazagh Pawlisti
Youth for Life Community Service
Aurora Youth Movement
Kumpanija Teatrali Talent Zebbugi
Youth Travel Circle
Zghazagh Ghal Dinja Maqghuda
Stqarrijiet Oħra:
PR261905
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħ...
PR261904