Is-Segretarju Parlamentari Joe Cilia jmur Franza
Dr Joe Cilia mar Franza fuq stedina ta' Paul Essertial, President tal-S.E.F.C. bejn it-22 u l-24 ta' Frar 1997. Jakkumpanjaw lin-Nutar Dr. Joe Cilia kien hemm is-Segretarju Privat tieghu is-Sur Paul Farrugia, kif ukoll Lorraine Cunningham u Mario Farrugia, zewg membri tal-Kunsill tal-Malta Racing Club.
L-ghan ta' din iz-zjara kien sabiex tizdied il-koperazzjoni bejn il-Societe D' Encouragement A l'Elevage du Cheval Francais u s-Segretarjat ghall-Isport ta' Malta. Saru diskussjonijiet dwar fejn jistghu jsiru zviluppi fil-facilitajiet tal-korsa tal-Marsa. Dawn il-laqghat saru mal-President Paul Essertial kif ukoll ma' Monsieur Bachy u Roger Patenay ex-segretarju Generali tal-SEFC u propretarju taz-zwiemel rispettivament.
Dawn il-laqghat saru fil-bini amministrattiv tal-korsa ta' Vincennes fejn kien hemm prezenti ukoll diretturi tal-korsi tan-Normandija fosthom dik ta' La Chapelle. Dr. Joe Cilia iltaqa' wkoll mas-Segretarju tekniku tal-SEFC Jacques Chartier.
Id-delegazzjoni giet mdawwra wkoll ix-Chateau ta' Grosbois kif ukoll it-tlett korsi fejn isir it-tahrig, l-istallel fejn jinzammu z-zwiemel u facilitajiet ohra li jinsabu f'dan ic-centru. Waqt din il-mawra id-delegazzjoni zaru wkoll l-istalel ta' Bernard de Folleville fejn gew spjegati l-metodi tat-tahrig.
Dawn il-laqghat kienu posittivi hafna u hemm il-hsieb li dawn il-kuntatti jkomplu jinbnew fil-futur sabiex jintlahaq l-ghan mahsub.
Stqarrijiet Oħra:
PR261905
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħ...
PR261904