Zjara tal-METCO f'Tunez
"Il-Missjoni tal-Metco f'Tunez kellha zewg ghanijiet ewlenin: li tiffoka fuq suq importanti regjonali fil-bacir tal-Mediterran, u li tiftah it-triq ghal aktar kuntatti bejn is-setturi privati ta' dawn iz-zewg pajjizi."
Dan qalu l-Ministru ghall-Kummerc Malti, Leo Brincat, f'laqghat li kellu ma' Sbaheddine Bouguerra, Ministru Tunezin ta' l-Industrija, u ma' Tacufik Baccar, Ministru ghall-Izvilupp Ekonomiku.
Tahditiet ohra saru ma' Hamdane Ben Othman, President u Direttur Generali tac-Cepex, l-organizzazzjoni Tunezina ghall-Kummerc Barrani. Filwaqt li kien hemm attenzjoni kbira ghaz-zjara tad-delegazzjoni Maltija fl-Istampa Tunezina, min-naha tieghu l-Gvern Tunezin ikkonferma s-sehem tieghu fil-Fiera Kummercjali ta' Malta, kif ukoll il-mawra f'Malta ta' delegazzjoni ta' kummercjanti Tunezini mis-settur privat, sabiex jiltaqghu ma' negozjanti Maltin.
Stqarrijiet Oħra:
PR261905
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħ...
PR261904