Zjara ta' kortesija lill-Ministru tas-Sahha mill-Ambaxxatur ta' l-U.E.
Il-Ministru tas-Sahha, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, it-Tabib Michael Farrugia kellu zjara ta' kortesija mill-Ambaxxatur ta' l-Unjoni Ewropeja ghal Malta, l-Eccellenza Tieghu Giorgio Boggio.
Il-Ministru Michael Farrugia semma li fis-settur tas-Sahha fl-1991 kien sar kuntatt ma' l-Unjoni Ewropeja li izda thalla fuq l-ixkaffa minn naha Maltija tal-Gvern precedenti.
L-Ambaxxatur qal li fejn tidhol is-sahha, Malta bhala 'Associate Member', jekk tkun trid tista' tgawdi mill-beneficcji kollha tas-settur tas-Sahha, u jezistu hafna opportunitajiet anke ghar-ricerka xjentifika. Sar xoghol f'hafna pajjizi taht l-awspicju ta' l-Unjoni Ewropeja, specjalment fejn jidhol ricerka fuq 'Aids', Kancer u Tipjip.
It-Tabib Michael Farrugia qal li l-kooperazzjoni ma' stati individwali ghandha tibqa' ssehh, izda jezisti spazju fejn wiehed jista' jespandi fejn tidhol it-teknologija medika. Meta tkellem dwar l-Isptar Boffa l-Ministru Michael Farrugia qal li l-Isptar Boffa fil-futur se jkollu tmexxija awtonoma. Semma wkoll li ricentement mhux talli nhatar l-ewwel 'Chairman' fid-Dermatologija fis-servizz tas-Sahha, izda talli dan l-ahhar irritorna specjalista minn barra li ghamel aktar studju fid-dettal fuq il-Kancer tal-gilda.
Il-Ministru Michael Farrugia qabel li m'ghandu jkun hemm xejn xi jzomm milli titkompla l-kooperazzjoni fis-setturi tas-Sahha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261905
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħ...
PR261904