Left arrow Mur Lura

Id-Delegat Permanenti ta' Malta ghal UNESCO jipprezenta l-Kredenzjali

pr0331
Date Icon 25/02/1997

Nhar il-Hamis 20 ta' Frar 1997, l-Eccellenza Tieghu s-Sur Vincent Camilleri pprezenta l-kredenzjali bhala d-Delegat Permanenti ta' Malta ghall-UNESCO lill-Eccellenza Tieghu Prof. Federico Mayor, Direttur Generali ta' din l-Organizzazzjoni tal-Gnus Maghquda, fil-Kwartieri Generali taghha f'Parigi.

Federico Mayor fahhar il-kontribut kbir li Malta, minkejja c-cokon taghha, dejjem tat fil-fora internazzjonali. Huwa wieghed l-appogg tieghu ghal talbiet ta' ghajnuna li Malta tista' taghmel lill-UNESCO fl-oqsma li jaqghu taht il-kompetenza taghha. Min-naha tieghu, is-Sur Camilleri, waqt li semma l-impenn ta' Malta ghall-paci u s-sliem fir-regjun tal-Mediterran, tenna li Malta tibqa' taghti s-sehem u l-appogg shih taghha fil-hidma tal-UNESCO.

Prezenti ghal din il-laqgha kien hemm ukoll is-Sur Horst Godicke, Kap tas-sezzjoni Ewopa u Amerika ta' Fuq fl-ufficcju tar-Relazzjonijiet Barranin, is-Sur A. Sayad, Assistent Direttur Generali ghall-Affarijiet Barranin tal-UNESCO u Dr. Tanya Vella, mill-Ambaxxata ta' Malta f' Parigi

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħod mid-dar għall-Għawdxin li jirċievu kura medika f’Malta u għall-qrabathom

PR261905

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħ...

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese Parliamentary Delegation participates in 19th Meeting of the Joint Parliamentary Scrutiny Group on Europol in Brussels

PR261904

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese Parliamentary Delega...

Aktar Stqarrijiet Right arrow