Premju Haddiem tas-sena 1997
Il-Ministeru tal-Harsien Socjali qieghed iniedi l-Premju "Haddiem tas-Sena" ghall-1997. L-ghazla ssir minn Kumitat ta' Ghazla, mahtur mill-Ministru ghall-Harsien Socjali. L-ghazla tal-"Haddiem tas-Sena" ssir, fost l-ohrajn, fuq kriterji ta' onesta', efficjenza, inizjattiva, ingenjozita' u kreattivita' fil-qadi tad-dmirijiet.
Il-Kumitat ta' Ghazla tal-Premju "Haddiem tas-Sena" qieghed iheggeg gruppi ta' haddiema, trade unions jew assocjazzjoni taghhom, kumpaniji, employers jew assocjazzjoni taghhom u anke ghaqdiet volontarji konnessi mal-haddiema biex jinnominaw haddiema ghal dan il-Premju.
Ic-Cerimonja ta' l-ghoti tal-premju "Haddiem tas-Sena" issir taht il-Patrocinju tal-E.T. il-President tar-Repubblika ta' Malta.
Il-Kumitat fuq imsemmi jilqa' nominazzjonijiet ghall-Premju "Haddiem tas-Sena" 1997 sal-Gimgha 14 ta' Marzu f'nofsinhar. Formoli tan-nominazzjonijiet jinkisbu mill-Ministeru tal-Harsien Socjali, mid-Dipartiment tax-Xoghol fil-Belt, u fir-Rabat, Ghawdex. Aktar taghrif jista' jinkiseb mill-Gazzetta tal-Gvern tal-21 ta' Frar 1997.
Stqarrijiet Oħra:
PR261905
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħ...
PR261904