Left arrow Go Back

L-Onor. Anton Refalo jiltaqa' mas-Sajjieda Ghawdxin

pr0327
Date Icon 24/02/1997

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Dr Anton Refalo ta bidu ghal sensiela ta' laqghat mifruxa fuq sitt gimghat ghas-sajjieda, rahhala u bdiewa Ghawdxin, fl-iskola tal-Biedja u Bini, ix-Xewkija.

Fl-indirizz tieghu, Dr Refalo qal li hu kommess u ghandu l-impenn li jghin lis-sajjieda. Hu zied ighid li hemm bzonn li jinhatar kumitat minnufih minn fost is-sajjieda li vera jiffunzjona billi jigu studjati x'inhuma l-problemi u x'inhuma l-prijoritajiet.

Mill-ilmenti li gew imressqa quddiem il-panel deher bic-car li l-problemi huma hafna u ilhom hemm minghajr ma gew qatt investigati mill-amministrazzjoni l-ohra. Fost ohrajn issemghew il-bzonn ta' imhazen fil-bajjiet tax-Xlendi, ix-Xatt, u Marsalforn, is-slipways, il-facilitajiet tal-cold store u mollijiet.

L-Onor Refalo qal li spicca z-zmien li s-sajjied Ghawdxi ifendi ghal rasu. Permezz tal-Kumitat, li gie ffurmat fil-laqgha stess, maghmul minn zewg sajjieda tax-Xatt, sajjied mix-Xlendi u iehor minn Marsalforn, il-hidma u l-kooperazzjoni ghandha tkun effettiva. Is-Segretarju Parlamentari insista li l-Kumitat ghandu jiltaqa' mill-inqas darba fil-gimgha. Dr Refalo tenna l-importanza tas-sajd ghax hu wiehed mill-pilastri ta' l-ekonomija ta' Ghawdex.

Kelliema ohra kienu is-Sur Charlie Busuttil, Senior Fisheries Officer, mid-Dipartiment tas-Sajd, u s-Sur Joseph Portelli, Direttur ghal Izvilupp u l-Progetti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħod mid-dar għall-Għawdxin li jirċievu kura medika f’Malta u għall-qrabathom

PR261905

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħ...

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese Parliamentary Delegation participates in 19th Meeting of the Joint Parliamentary Scrutiny Group on Europol in Brussels

PR261904

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese Parliamentary Delega...

More Press Releases Right arrow