Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent ikompli biz-zjara tieghu fl-Egittu
Il-bierah fil-Kajr, id-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-tabib George Vella, kellu laqgha kordjali hafna mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Egizzjan, Amer Moussa.
Din il-laqgha fethet sensiela ta' laqghat li t-tabib Vella qieghed ikollu ma' politici ewlenin fil-Kajr il-bierah u llum.
Matul il-laqgha, li kienet l-ewwel wahda f'pajjiz ta' l-Afrika ta' fuq, mill-Ministru Vella mindu ha l-kariga tieghu, saret diskussjoni twila dwar il-politika barranija tal-Gvern Malti, u dwar ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Egittu.
Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Egizzjan wera l-appogg tieghu kollu ghall-mod gdid kif il-Gvern Malti irid ifassal il-politka tieghu dwar l-Unjoni Ewropea. Awgura wkoll li Malta tkompli ssahhah il-politka Mediterranja taghha.
Min-naha tieghu, il-Ministru Moussa, li kien ghadu kif irritorna l-Kajr minn zjara fis-Sirja, fisser fid-dettal il-pozizzjoni attwali tal-process tal-paci fil-Lvant Nofsani u r-rwol li kien qed iwettaq pajjizu.
Matul it-tahditiet, iz-zewg ministri ddiskutew il-konferenza Euro-Med li se ssir f'pajjizna f'April li gej u li fiha ntwera interess kbir.
Gew diskussi wkoll ir-rwol futur tal-pajjizi mediterranji fl-Organizzazzjoni ghall-Koperazzjoni u Sigurta' fl-Ewropa, il-Forum tal-Mediterran u l-kontribut li Malta u l-Egittu jistghu jaghtu ghal zviluppi akbar fir-relazzjonijiet bejn il-pajjizi kollha tal-Mediterran.
Il-Ministru Moussa kkonferma li se jattendi l-konferenza tal-Euro-Med li se ssir f'Malta f'April.
Wara l-laqgha l-Ministru Vella u l-Ministru Moussa ffirmaw ftehim bilaterali dwar it-turizmu.
Illum il-Ministru Vella fost laqghat ohra, huwa mistenni jkollu laqgha mal-President Egizzjan Hosni Mubarak.
Il-Ministru Vella, li waqt il-laqgha kien akkumpanjat mill-Ambaxxatur Malti fl-Egittu s-sur Ives de Barro, mill-Ambaxxatur Alfred Zarb u mis-Segretarju privat tieghu Joseph Zahra, mistenni lura Malta ghada filghodu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261892en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EDUCATION AND SPORT Medical professional...
PR261892