L-Onor. Anton Refalo jiltaqa' ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar
Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex l-Onor. Anton Refalo ltaqa' ma' ufficjali mill-Awtorita' tal-Ippjanar immexxija mis-Sur Alfred Fabri, Chairman tal-Awtorita' fejn gew diskussi ghadd ta' punti u problemi f'Ghawdex bhal ma huma id-'Development Control Commission', possibilita ta' postijiet ta' parkegg fir-Rabat, u l-'Local Plan' ghal Ghawdex.
Dr Refalo sahaq li huwa importanti li l-Awtorita' tal-Ippjanar jkollha ufficcju taghha f'Ghawdex minn fejn tkun tista' taghti aktar servizzi lil Ghawdex fejn jirrigwardja id-'Development Control Commission'. Ilu jinhass il-bzonn li ic-cittadin ikollu cans li jipprezenta s-sottomissjonijiet tieghu lil din il-Kummissjoni kif ukoll l-opportunita ta' smiegh ta' appell mal-'Board' f'Ghawdex stess. L-Awtorita' tal-Ippjanar tircievi madwar 80 applikazzjoni fix-xahar minn Ghawdex li madwar in-nofs taghhom jitolbu li jaghmlu rapprezentazzjonijiet verbali li sa issa isiru Malta.
Dr Refalo fisser il-bzonn kbir ta' facilitajiet ta' parkegg fl-inhawi tac-Cittadella fejn, fil-prezent, hemm konfuzjoni kawzata minn nuqqas ta' facilitajiet u mill-volum kbir ta' vetturi li jiffrekwentaw is-servizzi u l-attrazzjonijiet li joffru l-inhawi fosthom il-Qorti, il-Muzewijiet, il-Katidral, il-hwienet u l-istess Cittadella.
Dr Refalo qal li l-'Local Plan' li l-Awtorita' trid tfassal ghal Ghawdex, ghandha titlesta mill-aktar fis possibbli. Dr. Refalo zied ighid li l-Gvern prezenti huwa impenjat li jwaqqaf Kunsill Regjonali ghal Ghawdex li jkun irid ifassal Pjan ta' Zvilupp ghall-gzira. Ghalhekk huwa importanti li l-Awtorita' taghti prijorita u premura lill-Pjan Lokali taghha ghal Ghawdex.
Prezenti ghal laqgha kien hemm ukoll is-Sur Frank Psaila, Segretarju Permanenti fis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex, il-Perit Godwin Cassar, is-Sur Joe Falzon, Chairman tad-'Development Control Commission' u is-Sur Salvinu Cutajar, Assistent Personali fis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex.
Stqarrijiet Oħra:
PR261906
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Aktar minn 200...
PR261905