Left arrow Mur Lura

Stqarrija mid-Dipartiment tas-Sahha

pr0295
Date Icon 18/02/1997

Id-Dipartiment tas-Sahha jirreferi ghall-artiklu taht ir-ras "Inkjesta dwar mewt ta' mara" li deher bi prominenza fl-ewwel pagna fil-harga tal-gurnal "In-Nazzjon" tat-18 ta' Frar 1997 u rrappurtat fuq mezzi tax-xandir, kif ukoll allegazzjoni simili mix-ShadowMinister, Dr Louis Deguara nhar il-Hadd 16 ta' Frar 1997, fuq stazzjon lokali tar-radju.

Gie allegat li mara li ddahhlet fit-Taqsima ta' l-Emergenza fl-Isptar San Luqa intbaghtet id-dar minhabba nuqqas ta' spazju. Din l-allegazzjoni mhix vera. Mit-Taqsima ta' l-Emergenza qatt hadd ma ntbaghat id-dar minhabba nuqqas ta' sodod.

Il-fatti accertati s'issa mid-Dipartiment huma :

a) Din il-pazjenta giet riferuta mit- tabib taghha, fil-11 ta' Frar 1997 u marret l-Emergenza fit-12 ta' Frar 1997, fit-tmienja ta' filghodu.

b) Marret l-Isptar bil-mezzi taghha u mhux bl-ambulanza.

c) Kemm meta marret ghand it-tabib taghha, kif ukoll fid-Dipartiment ta' l-Emergenza qatt ma kellha wgiegh f'sidirha izda fil-bokka ta' l-istonku.

d) Il-pazjenta ntbaghtet id-dar fuq decizjoni medika.

L-Awtoritajiet tas-Sahha jikkonfermaw li fuq l-aspett kliniku tal-kaz qed issir inkjesta interna, kif dejjem isir meta jinholqu xi dubji simili.

L-Awtoritajiet tas-Sahha jsostnu li s-sahha m'ghandiex isservi ta' platform politiku u l-anqas ta' qlajjiet infondati li ma jaghmlu l-ebda gieh lill-professjoni medika f'pajjizna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħod mid-dar għall-Għawdxin li jirċievu kura medika f’Malta u għall-qrabathom

PR261905

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħ...

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese Parliamentary Delegation participates in 19th Meeting of the Joint Parliamentary Scrutiny Group on Europol in Brussels

PR261904

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese Parliamentary Delega...

Aktar Stqarrijiet Right arrow