Left arrow Mur Lura

Sistema ahjar ta' tassazzjoni - Semplici u Gusta

pr0228
Date Icon 10/02/1997

Sensiela ta' laqghat dwar is-sistema gdida ta' taxxi

Din il-gimgha se jinghata bidu ghal sensiela ta' laqghat ta' informazzjoni dwar it-tnehhija tal-VAT u l-introduzzjoni tas-sistema SEMPLICI U GUSTA, is-sistema l-gdida u ahjar ta' tassazzjoni li se jintroduci l-Gvern minflok it-taxxa tal-VAT.

Il-laqghat se jsiru f'DAR IL-MEDITERRAN GHALL-KONFERENZI fil-Belt Valletta, u se jkunu indirizzati mill-Prim Ministru, Dr Alfred Sant u l-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi, is-Sur Lino Spiteri.

L-ewwel laqgha se ssir ghada t-Tlieta, 11 ta' Frar u se tkun indirizzata ghall-industrijalisti, l-importaturi, u l-professjonisti. Il-laqgha tibda fis-7.00 pm. u peress li f'dak il-hin ikun hemm ghaddej il-Karnival, it-toroq se jkunu maghluqin ghat-traffiku minn ftit 'l fuq mill-Bieb il-Bombi. Ghalhekk id-dhul ghall-Belt Valletta jista' isir biss mill-Marsa, mix-Xatt, jew min-naha tad-Depot tal-Pulizija, Floriana.

Nhar l-Erbgha se ssir laqgha ohra u se tkun indirizzata ghas-self employed iz-zghar. Din il-laqgha wkoll tibda fis-7.00 pm.

Nhar il-Hamis se jkun hemm laqgha ohra u se tkun indirizzata ghall-konsumaturi. Din il-laqgha tibda fis-6.00 pm.

Dawk kollha li jixtiequ jattendu ghal dawn il-laqghat huma mitluba li jkunu fis-sala, mhux inqas minn kwarta qabel tibda l-laqgha.

F'dawn il-laqghat, wara l-prezentazzjoni tal-Prim Ministru u tal-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi, dawk kollha li jattendu jistghu jaghmlu l-mistoqsijiet taghhom dwar is-suggett.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EDUCATION AND SPORT  Medical professional support for students with a medical condition or physical disability who do not have learning difficulties

PR261892en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EDUCATION AND SPORT Medical professional...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U SPORT  Professjonist mediku għal studenti b’kundizzjoni medika jew diżabbiltà fiżika li m’għandhomx diffikultà fit-tagħlim

PR261892

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U SPORT Professjonist mediku għ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow