Left arrow Mur Lura

Il-Ministru Evarist Bartolo jinawgura esibizzjoni ta' xoghlijiet ta' tfal ta' l-iskola

pr0206
Date Icon 06/02/1997

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali Evarist Bartolo, illum il-Hamis 6 ta' Frar, fetah esibizzjoni ta' xoghlijiet ta' hafna tfal minn diversi skejjel f'Malta u Ghawdex, organizzta mill-Youth Service Organisation, bl-isem ta' "Kompetizzjoni Karnival".

Din is-sena kien hemm partecipazzjoni record. Il-kompetizzjoni kienet miftuha ghal studenti mill-ewwel sena ta' l-Iskejjel Primarji sa l-ahhar sena ta' l-Iskejjel Sekondarji, Junior Lyceums u Teknici kif ukoll ghal studenti fl-iSkejjel Specjali. B'kollox dahlu 2557 tpingija, 522 collages u 57 mudelli. Jigifieri b'kollox dahlu 3136 bicca xoghol.

Is-Sur Alfred Mallia, mill-Youth Service Organisation qal li "Minn din ir-rapprezentanza tistghu tapprezzaw l-immaginazzjoni u l-fantasija tat-tfal. Din hija prova ohra li meta t-tfal jigu pprezentati b'xoghol li jirrikjedi immaginazzjoni u fantasija huma jhossuhom liberi u kapaci jwettqu x-xoghol. Dan ikompli jikkonvinci li fil-kurrikulu li qed jigi diskuss ghandha tinghata importanza lid-dixxiplini varji li jaqghu taht il-kappa ta' l-expressive jew creative arts jigifieri l-muzika, l-arti, id-drama u l-kitba immaginattiva".

F'diskors ta' l-okkazjoni, il-Ministru Evarist Bartolo fahhar lill-ghalliema ta' l-arti u lit-tfal li hadu sehem. Huwa qal li fl-iskejjel hemm bzonn jinghata aktar spazju lill-fantasija u l-immaginazzjoni tat-tfal. Huwa awgura li l-Karnival iservi ta' celebrazzjoni ta' ferh u gost. Il-Ministru Bartolo qal li x-xoghlijiet ta' dawn it-tfal fihom kontenut qawwi edukattiv u artistiku.

Il-wirja hija miftuha ghall-pubbliku.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EDUCATION AND SPORT  Medical professional support for students with a medical condition or physical disability who do not have learning difficulties

PR261892en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EDUCATION AND SPORT Medical professional...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U SPORT  Professjonist mediku għal studenti b’kundizzjoni medika jew diżabbiltà fiżika li m’għandhomx diffikultà fit-tagħlim

PR261892

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U SPORT Professjonist mediku għ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow