Il-Ministru Evarist Bartolo jinawgura esibizzjoni ta' xoghlijiet ta' tfal ta' l-iskola
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali Evarist Bartolo, illum il-Hamis 6 ta' Frar, fetah esibizzjoni ta' xoghlijiet ta' hafna tfal minn diversi skejjel f'Malta u Ghawdex, organizzta mill-Youth Service Organisation, bl-isem ta' "Kompetizzjoni Karnival".
Din is-sena kien hemm partecipazzjoni record. Il-kompetizzjoni kienet miftuha ghal studenti mill-ewwel sena ta' l-Iskejjel Primarji sa l-ahhar sena ta' l-Iskejjel Sekondarji, Junior Lyceums u Teknici kif ukoll ghal studenti fl-iSkejjel Specjali. B'kollox dahlu 2557 tpingija, 522 collages u 57 mudelli. Jigifieri b'kollox dahlu 3136 bicca xoghol.
Is-Sur Alfred Mallia, mill-Youth Service Organisation qal li "Minn din ir-rapprezentanza tistghu tapprezzaw l-immaginazzjoni u l-fantasija tat-tfal. Din hija prova ohra li meta t-tfal jigu pprezentati b'xoghol li jirrikjedi immaginazzjoni u fantasija huma jhossuhom liberi u kapaci jwettqu x-xoghol. Dan ikompli jikkonvinci li fil-kurrikulu li qed jigi diskuss ghandha tinghata importanza lid-dixxiplini varji li jaqghu taht il-kappa ta' l-expressive jew creative arts jigifieri l-muzika, l-arti, id-drama u l-kitba immaginattiva".
F'diskors ta' l-okkazjoni, il-Ministru Evarist Bartolo fahhar lill-ghalliema ta' l-arti u lit-tfal li hadu sehem. Huwa qal li fl-iskejjel hemm bzonn jinghata aktar spazju lill-fantasija u l-immaginazzjoni tat-tfal. Huwa awgura li l-Karnival iservi ta' celebrazzjoni ta' ferh u gost. Il-Ministru Bartolo qal li x-xoghlijiet ta' dawn it-tfal fihom kontenut qawwi edukattiv u artistiku.
Il-wirja hija miftuha ghall-pubbliku.
Other Press Releases:
PR261892en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EDUCATION AND SPORT Medical professional...
PR261892