L-Onor. Anton Refalo jiltaqa' ma' Kunsilli Lokali Ghawdxin
F'dawn l-ahhar gimghat is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, l-Onor Anton Refalo kellu sensiela ta' laqghat mal-Kunsilli Lokali Ghawdxin. Ghal dawn il-laqghat kienu prezenti ukoll is-Segretarju Permanenti, is-Sur Frank Psaila u s-Sur Joseph Sacco, liaison officer fl-Ufficcju tas-Segretarjat Parlamentari.
F'dawn il-laqghat kordjali, gew diskussi diversi problemi li qed jiltaqghu maghhom il-Kunsilli Lokali Ghawdxin. L-aktar problemi li spikkaw f'dawn id-diskussjonijiet kienu dawk infrastrutturali, socjali, ambjentali, u finanzjarji. Dr. Refalo wieghed kull ghajnuna possibbli biex jigu meghluba dawn il-problemi li hafna minnhom ilhom jilmentaw fuqhom il-Kunsilli Lokali, mit-twaqqif ta' l-istess Kunsilli.
Sar ftehim biex ikun hemm aktar koordinazzjoni bejn il-Kunsilli Lokali u l-Ufficcju tas-Segretarjat Parlamentari. Ghal dan il-ghan, il-Kunsilli Lokali gew mitluba jissottomettu kopja ta' Business plan u jobs explanation iddetaljati.
Stqarrijiet Oħra:
PR261892en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EDUCATION AND SPORT Medical professional...
PR261892