Il-Ministru Charles Buhagiar f'Laqgha ma' l-Ghaqda ta' l-Inginiera ta' l-Elettriku Mekkanika Professjonali tal-Gvern
In-nuqqas ta' inginiera professjonisti fid-Dipartimenti fi hdan il-Ministeru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni, hija problema li hemm bzonn tissolva mill-aktar fis possibli. Dan qalu l-Ministru Charles Buhagiar waqt zjara ta' kortesija li huwa kellu minn delegazzjoni mill-Ghaqda ta' l-Inginiera ta' l-Elettriku u Mekkanika Professjonali li jahdmu mal-Gvern - G.P.E.M.E.
Il-Ministru Buhagiar qal li din il-problema trid tigi solvuta u ghalhekk fi zmien qasir se jinhargu applikazzjonijiet ghall-mili ta' dawn il-postijiet vakanti. Il-Ministru spejga kif fil-fehma tieghu l-Inginiera iridu jinghataw l-incentiv necessarju halli jibqghu jahdmu fis-settur pubbliku u mhux jitilqu mas-settur privat kif qieghed jigri sa issa.
Minn naha taghhom l-inginiera wrew it-thassib taghhom ghall-mod kif il-hidma li jwettqu huma, ma tinghatax l-gharfien li jixirqilha. Huma esprimew il-fehma, li ghax il-professjoni ta' l-Inginerija hija professjoni pjuttost gdida, l-inginiera' jinghataw trattament differenti minn professjonisti ohrajn.
Ghal din il-laqgha d-delegazzjoni ta' l-Ghaqda ta'l-Inginiera, li tifforma parti mill-Union Haddiema Maghqudin, kienet imexxija mill-Inginier Aurelio Attard, President, u l-Inginier Ray Muscat, Segretarju ta' l-Ghaqda.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901