Left arrow Mur Lura

Kuntratt ta' Lm30,000,000 ghal xiri ta' tliet vapuri godda sar lejliet l-elezzjoni

pr0181
Date Icon 04/02/1997

Il-Gozo Channel Co. Ltd iffirmat kuntratt ta' Lm30,000,000 ghal bini ta' tliet vapuri godda ma' kumpanija Skandinava lejliet l-Elezzjoni Generali tas-26 ta' Ottubru, meta din id-decizjoni kienet ilha tigi posposta mill-Gvern Nazzjonalista ghal sentejn shah. Dan il-kuntratt zied piz esagerat fuq is-sitwazzjoni finanzjarja digà prekarja fil-Gozo Channel Co. Ltd u anke biz-zjidiet mahsuba fir-rati l-godda tat-tariffi, xorta wahda l-kumpanija se tibqa' f'sitwazzjoni finanzjarja prekarja .

Il-Gvern Nazzjonalista kien jaf bil-problemi li kien hemm bil-vapuri tal-Gozo Channel Co. Ltd, specjalment meta tnejn mill-vapuri tal-flotta kienu gew dikjarati li ma jissodisfawx ir-regoli internazzjonali ta' sigurtà fuq il-bahar.

Waqt li l-Gvern Nazzjonalista baqa' jinjora il-problema ta' vapuri tajbin li jissodisfaw ir-regoli internazzjonali, il-Bord tad-Diretturi tal-Gozo Channel Co. Ltd iddecieda lejliet l-Elezzjoni Generali ta' Ottubru tas-sena l-ohra li jixtri tliet vapuri godda ghall-flotta taghhom. Il-Bord iddecieda li jibni dawn it-tliet vapuri godda ma' kumpanija Skandinava. Dan il-ftehim izjed zied il-pressjoni fuq il-Gozo Channel Co. Ltd li zzid it-tariffi tan-nollijiet, izda l-Gvern Nazzjonalista xorta ordna lill-kumpanija biex tahbi l-verita' dwar il-htiega taz-zjieda fin-nollijiet tal-vapuri.

Il-Gozo Channel Co. Ltd hallset lill-kumpanija Skandinava is-somma ta' Lm3,000,000 fil-pront (cash down), imbaghad gie deciz li jingiebu l-istrutturi tal-vapuri lesti jew kwazi lesti biex jigu immuntati flimkien fil-MALTA SHIPBUILDING. L-arrangament kien li l-hlas ghax-xoghol li jsir fuq dawn il-vapuri fil-MALTA SHIPBUILDING isir direttament mill-Gvern.

F'dan il-kuntest wiehed irid jinnota il-mod kif il-Gvern precedenti baqa' jahbi l-verita' dwar x'kien qed isehh fil-Gozo Channel Co. Ltd. Fl-ahhar sentejn il-Bord tal-kumpanija kien qed jinforma regolarment lill-ex Ministru Nazzjonalista tal-Finanzi li l-kumpanija kienet sejra lura finanzjarjament u li t-telf kien se jkompli jekk ma jizdidux in-nollijiet tat-tariffi bejn il-gzejjer Maltin.

Il-Gvern Nazzjonalista kien baqa' jinjora b'mod konsistenti t-talbiet tal-Gozo Channel Co. Ltd ghal zjidiet fin-nollijiet u meta accetta li n-nollijiet joghlew f'Settembru tas-sena l-ohra, rega' ippospona d-decizjoni ghall-1 ta' Jannar ta' din is-sena ghal ragunijiet politici partiggjani. Il-poplu Malti u Ghawdxi kien thalla fil-ghama dwar l-ghawg finanzjarju u nuqqas ta' direzzjoni li kien hemm fil-Gozo Channel Co. Ltd bil-konsegwenzi li l-kumpanija lanqas biss kellha l-finanzi mehtiega ghall-pagi tal-impjegati taghhom u biex issostni l-operazzjonijiet taghha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow