Bzonn ta' tahrig manigerjali fid-Dipartimenti tal-Gvern
Il-possibilta' li l-Istitut Malti tal-Management joffri s-servizzi tieghu f'korsijiet edukattivi ghall-impjegati fi hdan id-Dipartiment tax-Xoghlijiet Pubblici giet diskussa waqt zjara ta' kortesija li delegazzjoni mill-Istitut ghamlet lill-Ministru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni il-Perit Charles Buhagiar.
Il-Ministru Buhagiar fisser kif tahrig manigerjali huwa ferm importanti peress li fl-istrutturi tac-civil fi hdan id-diversi dipartimenti hemm nuqqas kbir ta' managers. Il-Ministru qal li dan huwa ostaklu kbir peress li filwaqt li hafna drabi jkun hemm nies li ghandhom kapacita teknika kbira fl-upper management" tad-dipartiment dawn l-istess nies ma jkollhom l-ebda tahrig fil-managment. Dan in-nuqqas iwassal ghal problemi kbar fl-implimentazzjoni ta' diversi xoghlijiet. Huwa wera x-xewqa tieghu li bil-kollaborazzjoni ma' l-Istitut tal-Managment din il-problema titaffa.
L-Ufficjali ta' l-Istitut spjegaw il-facilitajiet li joffru inkluz id-diversi korsijiet ta' tahrig fil-managment, kif ukoll id-database komprensiv t'informazzjoni dwar managment li huma ghandhom b'kollaborazzjoni ma' l-Istitut tal-Managment Ingliz.
Is-Sur David Dingli - Segretarju u s-Sur Joseph Zammit - Ufficjal ghar-Relazzjonijiet Pubblici esprimew il-fiducja taghhom fil-hidma li trid issir u weghdu l-ghajnuna taghhom fil-pjanijiet edukattivi li qed ihejjiji l-Ministeru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901