Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex jiltaqa' ma' esperti minn Izrael dwar it-Trobbija tan-Nahal

pr0170
Date Icon 03/02/1997

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, l-Onor Anton Refalo dan l-ahhar ltaqa' ma Arnon Dag u Shayke Weiss, zewg esperti dwar trobbija tan-nahal minn Izrael. Din il-mawra taz-zewg esperti Izraeljani kienet possibli wara ftehim li ntlahaq bejn iz-zewg pajjizi.

Kemm il-Ministru ta' l-Agrikultura, l-Onor Noel Farrugia u kemm is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, l-Onor Anton Refalo urew l-interess u l-impenn taghhom biex din l-industrija terga' tqum fuq saqajha wara li ghal dawn l-ahhar snin it-trobbija tan-nahal f'pajjizna ntlaqtet minn diversi mard.

L-Onor Anton Refalo sahaq fuq il-fatt li l-Gvern hu impenjat li jaghmel dak kollu possibbli biex din l-industrija tant importanti u utli ghal pajjizna, mhux biss terga' tqum fuq saqajha, izda titmexxa fuq linji moderni, aktar efficjenti u hielsa minn mard. L-Onor Anton Refalo wieghed l-ghajnuna teknika mehtiega lil dawk kollha interessati f'din l-industrija.

Ghal dan il-ghan l-esperti Izraeljani, flimkien mas-Sur Arnold Grech, Ufficjal inkarigat mit-Taqsima ta' l-Agrikultura f'Malta, mexxew programm intensiv fejn kellhom diversi laqghat ma' dawk l-Ghawdxin kollha li jrabbu in-nahal.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow