Left arrow Mur Lura

L-Onor. Anton Refalo jindirizza partecipanti ta' Programm ghall-Personnel Officers

pr0163
Date Icon 31/01/1997

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex l-Onor. Anton Refalo sahaq fuq l-importanza li l-impjegati tal-Gvern ikollhom dixxiplina u responsabbilta maghhom infushom u li jkunu accountable biex ikunu managers ahjar, u jaghtu servizz aktar efficjenti.

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex kien qed jindirizza programm ta' jumejn ghall-Personnel Officers imtella' mid-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex, bl-ghajnuna ta' l-iStaff Development Organisation. Dan il-kors sar bil-ghan li jfisser lill-partecipanti minn kull Dipartiment u Sezzjoni f'Ghawdex id-dmirijiet u l-obbligi marbuta ma' dan ix-xoghol.

Il-programm ittratta ukoll proceduri dixxiplinarji, returns li jintbaghtu lill-MPO, pension papers,personnel files, records u l-agreements milhuqa fis-Servizz Pubbliku. L-impjegati gew indirizzati ukoll mis-Sur Mario Calleja Director Corporate Services fi hdan is-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex u mis-Sur Anthony Mifsud, Director, Staff Development Organisation. Is-Sur Mifsud tkellem dwar l-importanza ta' dan it-tahrig.

L-Onor. Anton Refalo tkellem mall-partecipanti fuq il-problemi li ghandhom fuq ix-xoghol u kif jixtiequ li jigu solvuti. L-Onor Refalo temm jghid li t-tahrig huwa essenzjali u 'l quddiem ser tigi mistharrga l-possibilta li l-personnel office tad-Dipartimenti u Sezzjonijiet ikunu channelled f'ufficcju wiehed.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow