Left arrow Go Back

Prezentazzjoni ta' Ktieb lill-Prim Ministru

pr0151
Date Icon 30/01/1997

Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant gie ipprezentat b'kopja tal-ktieb "Maltese Business:The Challenges Ahead". Dan il-ktieb huwa gabra ta' essays miktubin minn lecturers ta' l-Universita' ta' Malta fuq diversi aspetti li jolqtu l-kummerc Malti, dak legislattiv, psikologiku u ekonomiku. Il-ktieb aktar milli janalizza l-prezent, jixhet dawl fuq il-futur f'dan il-qasam hekk importanti ghas-socjeta' Maltija.

Il-ktieb gie ipprezentat lill-Prim Ministru mis-Sur Godwin Ellul u Dr. Albert Caruana, lecturer tal-Marketing fl-Universita' ta' Malta. Prezenti kien hemm ukoll is-Sur Alfred Bianco tal-kumpanija JP Advertising, is-Sur Joe Azzopardi u s-Sur Stephen Muscat, General Manager u AGM Marketing tal-Korporazzjoni Telemalta rispettivament u s-Sur Mario Grech tal-Castille Electronics. Dawn kienu qed jirraprezentaw lill-kumpaniji rispettivi taghhom li ghenu finanzjarjament biex seta' jigi ippublikat dan il-ktieb.

Il-Prim Ministru irringrazzja lil kull min ikkontribwixxa biex seta' jigi ippublikat dan il-ktieb u awgura li jkun hemm aktar inizjattivi simili. Il-prezentazzjoni tal-ktieb saret fl-ufficcju tal-Prim Ministru fil-Parlament.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EDUCATION AND SPORT  Medical professional support for students with a medical condition or physical disability who do not have learning difficulties

PR261892en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EDUCATION AND SPORT Medical professional...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U SPORT  Professjonist mediku għal studenti b’kundizzjoni medika jew diżabbiltà fiżika li m’għandhomx diffikultà fit-tagħlim

PR261892

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U SPORT Professjonist mediku għ...

More Press Releases Right arrow