Left arrow Go Back

Ministri Barranin tas-27 Pajjiz fil-Kumitat Ewro-Mediterranju se jiltaqghu f'Malta

pr0148
Date Icon 29/01/1997

Is-27 pajjiz partecipant fil-Kumitat Ewro-Mediterranju fil-Process ta' Barcellona, f'laqgha fi Brussels illum, u konformi mad-Dikjarazzjoni ta' Barcellona ta' Novembru 1995, iddecidew unanimament li jzommu t-Tieni Laqgha ta' Ministri ta' l-Affarijiet Barranin taghhom f'Malta.

Il-Konferenza ta' Malta, li ser issir fil- 15 u 16 ta' April 1997, ser tlaqqa' flimkien 27 Ministri ta' l-Affarijiet Barranin, 15 mill-pajjizi ta' l-Unjoni Ewropea, u 12-il pajjiz minn madwar il-Mediterran.

Dan thabbar il-lejla mill-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, Dr George Vella, fi stqarrija li ghamel fil-Parlament.

Il-Konferenza mistennija taghti harsa lejn il-progress li jkun sar mill-Ewwel Konferenza Ewro-Mediterranja li saret f'Barcellona f'Novembru 1995.

Il-Vici Prim Ministru qal li hu mistenni wkoll li jsir xoghol sabiex jigi stabbilit programm ta' hidma biex isahhah is-shubija fl-oqsma politici, finanzjarji, ekonomici, socjali, kulturali u umanitarji, bil-ghan ahhari li r-regjun tal-Mediterran jinbidel f'arja ta' djalogu u koperazzjoni, li jiggarantixxi paci, stabilita' u prosperita'.

Qabel il-Konferenza Ministerjali, mistenni jkun hemm laqgha ta' Ufficjali Gholja li tinvolvi madwar 300 ufficjal.

Dr Vella qal li delegazzjoni tal-Presidenza u tal-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea ghandha tasal Malta fil-jiem li gejjin sabiex jinbdew il-preparamenti ghall-Konferenza Ministerjali.

Hemm ukoll l-intenzjoni li matul il-Laqgha ta' Malta jsiru attivitajiet ohra bl-iskop li jippromwovu l-karatteristici kulturali u umanitarji tar-regjun li jaqghu fil-process Ewro-Mediterranju.

Il-Gvern Malti jilqa' bil-ferha din id-decizjoni, jaghtiha l-appogg kollu tieghu u jaraha bhala turija konkreta ta' kif Malta tista' taghti s-sehem shih taghha ghall-izvilupp ta' l-Ewropa u koperazzjoni dejjiema akbar bejn l-Ewropa u l-Mediterran.

Id-decizjoni li din il-Konferenza Ministerjali ssir f'pajjizna hija certifikat u konferma tar-rispett lejn il-politika tal-Gvern Malti, kemm mill-pajjizi ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll minn dawk ta' madwar il-Mediterran.

Il-Vici Prim Ministru qal li din hija konferma ta' kemm hija ghaqlija l-politika tan-newtralita ta' pajjizna li ssahhah il-potenzjal taghna bhala post fejn pajjizi ta' politika differenti, bi twemmin differenti, u kulturi differenti jiltaqghu fi spirtu ta' djalogu, bil-ghan li jinstabu soluzzjonijiet u jitkabbar il-ftehim u l-koperazzjoni.

Dan huwa xhieda hajja tal-politika dikjarata tal-Gvern Laburista li jaghmel dak kollu possibbli biex iseddaq il-paci u s-sliem fil-Mediterran.

Il-Vici Prim Ministru temm jghid li l-Gvern Laburista huwa kommess li jippartecipa bi shih fil-process Ewro-Mediterranju ghaliex fih jara t-twahhid tal-politika Ewropea u dik Mediterranja tieghu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow