Amnestija lill-Prigunieri
Ir-reat kommess miz-zewg persuni li kienu instabu hatja mill-Qrati li qatlu lil Mary Douglas, l-anzjana ta' 86 sena minn Rahal Gdid huwa konsidrat teknikament mill-Awtoritajiet tal-Facilita' Korrettiva ta' Kordin bhala reat differenti kemm mir-reat ta' omicidju volontarju kif ukoll mis-serq aggravat bil-vjolenza meta l-halliel jipprezenta ruhu armat.
Kien wara li l-Awtoritajiet tal-Facilita' KOrrettiva ta' Kordin li kkonsultaw ma' l-Avukat Generali li gie deciz li dawn iz-zewg persuni involuti f'dan ir-reat ibbenefikaw mill-amnestija li inghatat lil prigunieti fil-Facilita' Korrettiva ta' Kordin. Fil-fatt dawn iz-zewg prigunieri bbenefikaw 302 jum mahfra kull wiehed u gew rilaxxati.
L-ahhar amnestija li nghatat ma kinitx tapplika ghall-persuni kundannati ghal omicidju volontarju, kif ukoll kienet tispecifika li l-perjodu ta' mahfra kellu jitnaqqas bin-nofs ghall-persuni kkundannati ghal serq ikkwalifikat bil-vjolenza meta l-halliel jipprezenta ruhu armat kif imsemmi fl-Artikolu 262 (1) (b) tal-Kodici Kriminali.
Dan il-Gvern huwa kommess li f'kull ma jaghmel jimxi bil-legalita' u ghalkemm is-sentimenti f'dan il-kaz setghu jinducuh li jimxi b'mod iehor, deherlu li ghandhu jimxi skond kif tiddetta l-Ligi ghax dak huwa kull dritt tac-cittadin, inkluzi c-cittadini li jinsabu maqfulin fil-Facilita' Korrettiva ta' Kordin. Il-Gvern lest biex fiz-zmien li gej jorbot ahjar id-deskrizzjoni legali tar-reati biex decizjoni bhal dik li ttiehdet amministrattivament ma twassalx ghal interpretazzjoni li tista' taghti lok ghal ekwivoku.
Other Press Releases:
PR261892en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EDUCATION AND SPORT Medical professional...
PR261892