Prezentazzjoni ta' Certifikati tal-Kompetizzjonijiet tal-Milied
Is-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti, l-Onor. Joe Cilia qassam ic-certifikati lil-aktar minn 120 partecipanti, individwi u organizzjazzjonijiet li hadu sehem fil-kompetizzjonijiet tal-Presepju, Tizjin ta' Toroq u Swali ta' l-isptarijiet, faccata ta' kazini kif ukoll certifikati ta' Mertu lir-rebbieha ta' kull kategorija tal-kompetizzjonijiet tal-Milied.
Huwa beda d-diskors tieghu billi qal li "ghalkemm huwa fatt li l-festi tal-Milied li huma tant sbieh u ghal qalb hafna mill-Maltin u Ghawdxin, issa ilhom ftit li ghaddew, wiehed ghandu jzomm l-istess spirtu gewwa fih dejjem u dawk ix-xewqat sbieh li huwa jaghti ghal-dawn il-festi u ghandu jibqa' jiftakarhom matul is-sena kollha. B'hekk il-poplu Malti u Ghawdxi jkompli fit-triq li qabad f'dawn l-ahhar xhur, fit-triq tat-trankwilita u l-paci dejjiema".
"Dawn it-tip ta' kompetizzjonijiet ilhom jigu organizzati ghal dawn l-ahhar snin u huwa ta' min wiehed jinkoraggihom, mhux biss ghax fihom hemm l-arti izda ukoll ghax tinzamm certa tradizzjoni li hafna minnha hija parti mill-kultura taghna l-Maltin".
"Din is-sena innotajt li specjalment fejn jirrigwarda l-presepji dawn zdiedu u dan jawgura tajjeb hafna ghax din zgur li hija parti mill-kultura ta' dawn il-gzejjer u min-naha tas-Segretarjat li jien responsabbli minnu inwieghed l-appogg tieghi kollu possibli sabiex tikber aktar il-popolarita' ta' din it-tradizzjoni. Hawn nixtieq nifrah lil ghaqda "Hbieb tal-presepju" fl-ghaxar anniversarju taghhom u nheggighom ikompli fit-triq li qabdu".
"Dwar it-tizjin ta' faccati ta' kazin, ta' swali ta' sptarijiet kif ukoll ta' toroq nixtieq li anke dawn ikomplu sabiex f'dak iz-zmien hekk sabih insebhu aktar il-gzejjer taghna, filwaqt li anke f'dawn il-kategoriji inwieghed l-appogg tieghi kollu possibli sabiex inkabbru aktar fejn jidhol tizjin ta' dawn il-postijiet".
"Filwaqt li nifrah lil Kumissjoni Milied, li tifforma parti mill-Kumitat Festi Nazzjonali ghax-xoghol li qed twettaq, nixtieq inheggighom sabiex ikomplu jkabbru dawn it-tip ta' kompetizzjonijiet fost il-poplu kollu Malti u Ghawdxi, kif ukoll li jistudjaw kif wiehed ghandu jespandi aktar l-attivitajiet fiz-zmien tal-Milied".
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901