Laqgha bejn il-Ministru ghad-Djar u c-Chairman tal-Lohombus Bank
Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, kellu laqgha mac-Chairman il-gdid tal-Lohombus Bank, is-Sur Dennis Degiorgio, fil-Ministeru, l-Furjana. F'din il-laqgha giet diskussa l-koperazzjoni bejn il-Bank u l-Ministeru, u kif din tista' tkompli tikber.
Saret enfasi fuq il-htiega li z-zghazagh jigu edukati minn kmieni biex jibdew ifaddlu ghall-akkwist tad-dar futura taghhom. Il-Ministru wera x-xewqa li l-Lohombus ihajjar aktar zghazagh biex ifaddlu ghal djarhom minn eta' zghira. Is-Sur Degiorgio qal li l-Bank dalwaqt se jibda kampanja ohra pubblicitarja biex jinkoraggixxi tfaddil mal-Lohombus Bank. Dan it-tfaddil ikun intiz primarjament ghal xiri jew bini ta' djar futuri mid-depositanti. Il-Lohombus Bank bi hsiebu joffri rata ta' imghax attraenti.
Il-Ministru semma l-htiega li s-socjeta' tahseb f'dawk li tassew ikollhom diffikulta' biex isibu fejn joqghodu bi prezz li jifilhuh. Huwa qal ukoll li jkun tajjeb li tigi kkonsidrata l-possibilta' li jkun hemm skemi ta' self ghal uhud minn dawk li jkunu jridu jestendu id-djar taghhom.
Is-Sur Degiorgio qal li l-Bank huwa kburi bin-natura socjali nkluza fl-operazzjonijiet u wieghed koperazzjoni mill-qrib mal-Ministeru ghad-Djar.
Prezenti ghall-laqgha kien hemm ukoll is-Sur Philip Farrugia, Assistant General Manager Operations ghall-Lohombus Bank filwaqt li ghall-Ministeru kien hemm ukoll prezenti is-Segretarju Permanenti, is-Sur Alfred Fiorini Lowell, is-Sur Victor Sciberras Grioli, General Manager ta' l-Awtorita' tad-Djar, Dr. Stefan Buontempo, Konsulent u s-Sur Michael Micallef, Assistent Personali.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901