Left arrow Go Back

Il-Ministru Charles Buhagiar jiltaqa' ma' l-Union Periti tal-Gvern u Parastatali

pr0119
Date Icon 24/01/1997

Hemm il-htiega li aktar periti jidhlu jahdmu mad-Dipartiment tax-Xoghlijiet Pubblici sabiex titejjeb il-kwalita tas-servizzi u x-xoghol jimxi ahjar. Dan qalu l-Ministru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni l-Perit Charles Buhagiar waqt zjara ta' kortesija minn delegazzjoni mill-Unjoni Periti tal-Gvern u Parastatali.

Il-Ministru Charles Buhagiar spejga kif ir-ristrutturazzjoni tad-Dipartimenti fi hdan il-Ministru tax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni tiddependi hafna mill-ghajnuna li l-Periti jistghu joffru specjalment meta jkunu qed jahdmu progetti kbar ta' importanza nazzjonali.

Id-delegazzjoni mill-Unjoni Periti tal-Gvern u Parastatali qablet dwar l-importanza tar-rwol tal-periti fi progetti ta' zvilupp, pero' sostniet li tinhass sewwa l-htiega li tibda tigi studjata l-possibilita' li jinhargilhom "Professional Indemnity Insurance". Huma qalu li sabiex aktar periti jidhlu jahdmu mad-Dipartiment tax-Xoghlijiet Pubblici hemm il-htiega li l-kundizzjonijiet tax-xoghol jitjiebu.

Huma esprimew it-tama li dan isir waqt ir-revizjoni tal-ftehim kollettiv. Huma tennew li l-impenn taghhom huwa sabiex jaghmlu hilithom halli x-xoghol jkun ta' kwalita gholja.

Id-delegazzjoni tal-Unjoni Periti tal-Gvern u Parastatali kienet immexxija mill-President Stephen Bonello. Kienu prezenti ukoll Robert Fenech - Vici President, Joe Zerafa Boffa - Segretarju, Stephen Pulis - Ufficjal Relazzjonijiet Pubblici u Claude Borg - Membru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow