L-Ambaxxatur tal-Federazzjoni Russa jiltaqa' mal-Ministru ghad-Djar
L-Ambaxxatur il-gdid tal-Federazzjoni Russa ghal Malta, is-Sur Victor Isakov dal-ghodu ghamel zjara ta' kortesija lill-Ministru ghad-Djar is-Sur Alfred Portelli fil-Ministeru tieghu. F'diskors li ghamel il-Ministru ferah lill-Ambaxxatur ghall-hatra gdida tieghu u tenna r-rieda tal-Gvern li jkompli jsahhah ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Federazzjoni Russa.
Wara li s-Sur Isakov wkoll ferah lill-Ministru ghall-hatra tieghu, qal li kien se jesplora kif il-Federazzjoni Russa tista', tghin fil-qasam tal-bini permezz ta' l-istituti li jispecjalizzaw fl-inginerija civili li hemm f'dak il-pajjiz. L-Ambaxxatur wera l-apprezzament tieghu ghall-kordjalita' tal-poplu Malti.
Prezenti ghal din il-laqgha kien hemm is-Sur Alfred Fiorini Lowell, Segretarju Permanenti fil-Ministeru, Dr. Stefan Buontempo, Konsulent tal-Ministru, u s-Sur Michael Micallef, Assistent Personali.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901