Hatriet nominati mill-Oppozizzjoni fuq Bordijiet
Il-Gvern ircieva erba' nomini mill-Kap ta' l-Oppozizzjoni ghal karigi ta' Diretturi fuq Bordijiet tal-Gvern taht Sezzjoni 3 ta' l-'Opposition Nominees Act, 1996'. Il-Prim Ministru approva l-hatra tas-Sur John Camilleri bhala membru tal-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni Telemalta, kif maghmula mill-Kap ta' l-Oppozizzjoni.
Il-Prim Ministru approva l-hatra tas-Sur Alfred J. Chetcuti bhala Direttur tal-Korporazzjoni Enemalta "biss fit-termini ta' Sezzjoni 3 ta' l-'Opposition Nominees Act, 1996' u bl-ebda mod iehor".
Il-Prim Ministru approva l-hatra tas-Sur Richard Cachia Caruana bhala Direttur tal-Bank Centrali kif maghmula mill-Kap ta' l-Oppozizzjoni "biss fit-termini ta' Sezzjoni 3 ta' l-'Opposition Nominees Act, 1996' u bl-ebda mod iehor". Il-Prim Ministru kiteb fil-file ghan-nomina "li joggezzjona b'mod partikolari ghall-hatra tas-Sur Richard Cachia Caruana ghax hi wahda li bl-aktar mod car hi politika u dan f'istituzzjoni li ghandu jkollha fit-tmexxija taghha hatriet mhux partiggjani".
Il-Kap ta' l-Oppozizzjoni innomina lis-Sur Joseph N Tabone bhala membru tal-Bord tal-Gvernaturi tal-'Malta Financial Services Centre'. Is-Segretarju Permanenti fl-Ufficcju tal-Prim Ministru kiteb lill-Kap ta' l-Oppozizzjoni biex jghidlu li l-Prim Ministru ghandu parir legali dwar din in-nomina. Skond dan il-parir, peress li s-Sur Tabone ghandu interessi personali fis-settur ta' l-Insurance, huwa mizmum mill-Ligi tal-'Malta Financial Services Centre' li jkun Gvernatur ta' dan ic-Centru. Ghalhekk, jew is-Sur Tabone jizvesti ruhu mill-interessi personali tieghu biex ikun jista' jigi nominat, jew inkella l-Kap ta' l-Oppozizzjoni jista' jaghmel nomina ohra.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901