Stqarrija mill-Ministru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali dwar Fondi allokati lill-Kunsilli Lokali ghas-sena 1997
B'riferenza ghall-diversi stqarrijiet minn numru ta' Kunsilli Lokali u mill-Partit Nazzjonalista jew kelliema tieghu dwar l-allokazzjoni ta' fondi, tajjeb li npoggu s-sitwazzjoni fil-perspettiva reali taghha u ma nhallux propaganda partiggjana tizvija s-sitwazzjoni reali li pajjizna qed jiffacja.
Tajjeb ghalhekk nissottolinjaw li meta il-Budget 1997 gie 'mfassal minn Gvern Laburista gdid, ghax il-Gvern Nazzjonalista ghar-ragunijiet tieghu abdika minn din ir-responsabbilita, sab sitwazzjoni finanzjarja imwieghra li tinkorpora dejn nazzjonali li jizboq id-disa' mitt miljun lira; zbilanc bejn id-dhul u hrug rikorrenti ta' mija u tnax il-miljun lira (Lm 112 m) meta il-Gvern Nazzjonalista kien ipprogetta zbilanc ta' tmienja u tletin miljun lira (Lm 38.9 m) ghall-istess sena finanzjarja.
Dan kollu juri l-problema finanzjarja li sab quddiemu il-Gvern Laburista li b'serjeta u bla biza' indirizzha mal-ewwel. Il-Gvern Nazzjonalista precedenti minkejja t-twissijiet li kellhu, sahansitra minn istituzzjonijiet ekonomici, injora din il-problema finanzjarja.
F'dan il-kwadru il-Gvern Laburista b'mod kuragguz alloka il-fondi lill-Kunsilli Lokali ghas-sena 97/98 b'dan il-mod u cioe';
1. Fondi ghall-htigijiet specjali tal-Kunsilli Lokali taht Artikolu 58 tal-Ligi - Lm 2.5 miljun; dan baqa l-istess ammont tas-sena 1996. Dan il-fond huwa intiz biex jindirizza bzonnijiet specifici u zbilanci bejn Kunsill u iehor li jigu kreati mill-operat tal-ligi.
2. Somma ta' Lm 6.25 miljun allokata biex il-Kunsilli jaqdu l-funzjonijiet assenjati lilhom mill-ligi. Dan l-ammont kien Lm 1.0 miljun anqas.
Hawnhekk wiehed irid isaqsi jekk dan in-nuqqas hux ser jaffettwa lill-Kunsilli Lokali minhabba nuqqas ta' "Cash resources" ghall-perjodu Dicembru 1996 sa Marzu 1998. Ghal dan il-perjodu l-Gvern Laburista alloka ghad-disposizzjoni tal-Kunsilli Lokali s-somma ta' Lm 12,546,387. Dan huwa l-ewwel perjodu tal-Kunsilli Lokali taht Gvern Laburista.
Ghall-perjodu bejn Dicembru 1995 sa Marzu 1997 Gvern Nazzjonalista precedenti pogga ghad-disposizjoni tal-Kunsilli Lokali fondi li komplessivament jammontaw ghall-Lm 12,194,000. Mela d-disponibilita' finanzjarja (Cash resources) tal-Kunsilli Lokali ma hiex ser tigi affettwata fil-perjodu indikat, cioe' Dicembru 1996 sa Marzu 1998 anzi qed tigi ammeljorata. Fil-waqt li d-dmirijiet tal-Kunsilli Lokali sa issa ghadhom l-istess, dan ifisser biss li l-performance tal-Kunsilli ma hiex ser tigi affetwata. Hawn il-Gvern Laburista jinsisti li ghandu jigi nforzat aktar, ukoll fuq livell lokali, il-principju ta' "Value for money" biex is-servizzi moghtija mill-Kunsilli jitjiebu fl-interess tac-cittadin. Ninsab konvint li dan l-isforz isir ghax il-Kunsilli jifhmu li ghalkemm jgawdu awtonomija huma wkoll responsabbli u accountable lejn ic-cittadin bhal ma huwa il-Gvern Centrali.
Minn dan kollu jidher li fondi ghad-disposizzjoni tal-Kunsilli, ghall-perjodu li ghandna quddiemna ma naqasx, ghalhekk, peress li r-responsabilitajiet ma zdiedux, l-istess Kunsilli ghandhom jaqdu l-obbligi taghhom kollha.
Pero' l-Ministeru jifhem ukoll li xi Kunsilli jkollhom certu problemi minhabba anomaliji li jirrizultaw mill-formoli kif jithadmu skond il-ligi dawn jistghu jigu ndirizzati direttament f'konsultazzjoni mal-Kunsilli koncernati. Il-konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali huwa process li jrid jinzamm kontinwament fuq kull livell. Ir-rizorsi li ghandu d-dipartiment tal-Kunsilli Lokali huma intisi ghal dan il-ghan. Barra minn hekk, il-pjan ta' attachment ta' personnel mal-Kunsilli Lokali li qed jinhadem mhux biss fuq livell centrali imma b'konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali wkoll, huwa mmirat biex jghin lill-Kunsilli Lokali fil-qadi ta' dmirijiethom. Ghaldaqstant il-Gvern Laburista jerga' jtenni l-impenn tieghu lejn l-izvilupp tal-Kunsilli u l-process veru ta' decentralizzazzjoni b'mod pjanat u effettiv fl-ahjar interess tac-cittadin.
Other Press Releases:
PR261892en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EDUCATION AND SPORT Medical professional...
PR261892