Left arrow Mur Lura

Progett ta' Riabilitazzjoni ghall-Imdina

pr0095
Date Icon 21/01/1997

Fix-xhur li gejjin ghandu jitwaqqaf l-Progett ta' Riabilitazzjoni ghall-Imdina li jinkludi wkoll il-belt tar-Rabat u l-inhawi tal-madwar. Dan qalu l-Ministru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni, il-Perit Charles Buhagiar, waqt zjara li huwa ghamel lill-Kunsill Lokali ta' l-Imdina. Din iz-zjara kienet id-disgha zjara li l-Ministru Buhagiar ghamel minn meta beda l-Programm ta' Familjarizzazzjoni mal-Kunsilli Lokali. L-ghan ta' dan il-Programm ta' Familjarizzazzjoni hu li l-Ministeru tax-Xoghlijiet Pubblici jkun jaf bil-problemi li qed jifaccjaw il-Kunsilli Lokali u li jaqghu taht il-Ministeru tieghu.

Il-Ministru Buhagiar qal li l-Kunsill ta' l-Imdina ghandu problemi ferm differenti minn dawk ta' Kunsilli Lokali ohrajn. Bhalissa qed isir studju biex jigu identifikati l-konfini li ghandhom jaqghu taht l-"Mdina Rehabilitation Project". Il-Ministru Buhagiar spjega kif hemm bzonn li progetti bhal ma ser ikun l-"Mdina Rehabilitation Project" ikollu rapprezentanza mill-Kunsilli Lokali biex b'hekk iz-zewg organizzazzjonijiet jahdmu id f'id.

Il-Ministru Buhagiar qal ukoll li bhalissa qed isir xoghol biex jitwaqqaf Database li jkollu l-informazzjoni kollha dwar x'inhu ghaddej minn taht l-ucuh tat-toroq taghna. Dan id-Database huwa mportanti ghax s'issa ghad qatt ma nzammet rekord ta x'servizzi ghaddejin minn taht l-art u ghalhekk, ta' kull darba, it-toroq jigu mkissra biex isir l-icekkjar jew ix-xoghlijiet mehtiega. Dan id-Database ser jghin fil-policy li qed jaddotta l-Gvern il-gdid li l-ucuh tat-toroq isiru biss wara li jitlestew is-servizzi kollha ta' taht it-triq li jkunu jipprovdu ukoll ghal dak li jkun mehtieg fil-futur.

Il-Ministru Buhagiar emfasizza l-bzonn li f'dawn ix-xoghlijiet tinghata mportanza kbira lill-gbir ta'l-ilma tax-xita u ghalhekk iridu jsiru sistemi ta' culverts f'kull pjan ghat-toroq ta' Malta inkluz dawk ta' l-Imdina.

F' din il-laqgha gew diskussi wkoll diversi progetti li qed isiru mill-Kunsill Lokali ta' l-Imdina. Il-Professur Dennis De Lucca tkellem dwar il-progett ghal Gnien Howard filwaqt li is-Sur Christoph Wieschus spjega l-progett tal-parti maghrufa bhala it-Tomba. Il-perit Joseph Borg Grech ta dettalji dwar xoghol ta' restawr li hemm bzonn isir fuq il-Bieb ta' l-Imdina u l-Mina tal-Griegi filwaqt li l-Perit Joe Bugeja tkellem dwar il-progett ta' pavimentazzjoni fit-toroq ta' l-Imdina.

Wara il-laqgha mal-Kunsill Lokali ta' l-Imdina, il-Ministru Charles Buhagiar kellu laqgha mal-Kunsill Lokali tas-Siggiewi. S'issa l-Ministru Buhagiar kellu laqghat mall-Kunsilli Lokali tar-Rabat, Had-Dingli, l-Gzira, Bormla, il-Fgura, Marsascala, San Pawl il-Bahar u l-Mellieha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow