Left arrow Go Back

Fergha tal-Bank fil-Pitkalija

pr0091
Date Icon 21/01/1997

Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura dan l-ahhar iffinalizza ftehim ma' l-APS Bank sabiex tiddahhal aktar efficjenza u sigurta fil-proceduri tal-hlasijiet u pagamenti fil-Pitkalija Centrali f'Ta' Qali .

Permezz ta' dan il-ftehim huwa mistenni li l-hlasijiet lill-bdiewa ghall-prodotti taghhom jibdew isiru aktar kmieni milli qed isir bhalissa, kif ukoll biex ix-xerrejja u l-pitkala jkollhom servizzi bankarji mmedjati fuq il-post tax-xoghol.

Dan intqal mill-Ministru Noel Farrugia meta kien qed jispezzjona x-xoghlijiet li qed isiru fil-prezent fil-Pitkalija Centrali sabiex din tkun ta' servizz ahjar ghal dawk kollha li jaghmlu uzu minnha.

Huwa zied jghid li matul il-gimghat li gejjin id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ser jorganizza numru ta' laqghat ghall-bdiewa, xerrejja u pitkala sabiex tigi spjegata lilhom is-sistema l-gdida li mistennija tkun bdiet tahdem sa nofs April ta' din is-sena.

Dawn il-laqghat se jkunu organizzati flimkien ma' l-APS Bank u Ufficjali ta' l-MSU u se jsiru fic-centru ta' l-Extension Service kif ukoll fis-sala ta' l-Agric Coop ta' Haz-Zebbug.

Id-dati ta' dawn il-laqghat huma kif gej:

30 ta' Jannar fis-6.00 p.m. Centru Civiku Rabat

31 ta' Jannar fis-6.00 p.m. Centru Civiku Mosta

6 ta' Frar fis-6.00 p.m. Centru Civiku Haz-Zabbar

7 ta' Frar fis-6.00 p.m. Agri Coop Haz-Zebbug

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow