Social Workers jiltaqghu mal-Ministru Alfred Portelli
Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, dalghodu kellu laqgha ma' gemgha mdaqqsa ta' social workers fic-Centru Hidma Socjali, Santa Venera. F'din il-laqgha gew ipprezentati diversi kazi ta' natura socjali b'konnessjoni ma' problemi ta' djar u kif ukoll saru proposti bil-ghan li jkun hemm titjib fis-soluzzjoni ta' problemi ta' din ix-xorta.
Il-Ministru f'diskors li ghamel awgura lil dawk prezenti biex ikomplu bil-hidma fejjieda taghhom favur il-batuti u qal li huwa jqis dan it-tip ta' nies bhala missjunarji f'arthom. Huwa tkellem ukoll dwar il-hidma tal-Gvern fil-qasam tad-djar.
Fil-laqgha sar qbil li dawn is-social workers jipprezentaw proposti li jistghu jghinu fl-ippjanar ta' skemi ta' housing socjali u kriterji li jirriflettu ahjar il-qaghda tal-lum fil-kuntest tal-htigijiet socjali reali. Is-social workers kienu mmexxija mis-Sur Charles Pace li huwa lecturer fl-Universita' fil-kors tas-social work.
Prezenti kien hemm ukoll is-Sur Alfred Fiorini Lowell, Segretarju Permanenti fil-Ministeru, is-Sur Carmel Esposito, Direttur tad-Dipartiment ta' L-Akkomodazzjoni Socjali, Dr.Stefan Buontempo, Konsulent, u s-Sur Michael Micallef, Assistent Personali tal-Ministru Portelli.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901