Prezentazzjoni ta' Ktieb lill-Prim Ministru
Il-Prim Ministru ha pjacir jara Il-Belt ta' Alla ta' Santu Wistin johrog ghad-dawl bi lsienna wkoll. Dr. Alfred Sant qal li dan huwa wiehed mill-kotba ewlenin tal-Punent.
Il-Prim Ministru kien qed jitkellem waqt prezentazzjoni tat-traduzzjoni tal-ktieb li saritlu mill-Provincjal Agostinjan Patri Adeodato C.Schembri u mill-Patri Salvinu Caruana.
It-traduzzjoni tal-Ktieb saret mis-Sur Valentin V Barbara, membru ta' Akkademja tal-Malti li jghix l-Awstralja, li ilu jahdem fuqha ghal snin twal. Is-Sur Barbara kien hareg ukoll Il-Qrariet ta' Santu Wistin. Patri Schembri ghamel in-noti ghat-traduzzjoni ta' Il-Belt ta' Alla.
Il-Prim Ministru ferah lill-Provincja Agostinjana,li harget iz-zewg volumi kbar ta' Il-Belt ta' Alla u awguralha li johorgu aktar kotba fis-sensiela ta' pubblikazzjonijiet taghhom. Dr. Sant qal li huwa jixtieq iheggeg it-trawwim tal-kultura permezz tal-hrug ta' kotba monumentali bhall-ktieb ta' Santu Wistin, wiehed mill-akbar imhuh li qatt rat id-dinja.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901