Left arrow Mur Lura

L-Unjoni Professjonisti tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma jiltaqghu mal-Ministru Charles Buhagiar

pr0069
Date Icon 16/01/1997

Il-bzonn li l-professjonisti fi hdan il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma jimpenjaw ruhhom biex izidu fl-efficjenza tal-Korporazzjoni kien diskuss waqt zjara ta' kortesija li l-Unjoni tal-Professjonisti fil-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma ghamlet lill-Ministru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni, il-Perit Charles Buhagiar.

L-Unjoni ghamlet enfasi fuq il-fatt li sal-lum, minkejja li l-Korporazzjoni ilha aktar minn erba' snin imwaqqfa l-inginiera li gew 'detailed' mall-Korporazzjoni minn mas-settur pubbliku ghadhom ma nghatawx impjieg permanenti mall-Korporazzjoni.

Min naha tieghu l-Ministru Buhagiar spjega kif wara li gie ppublikat ir-rapport tas-Sur Alfred Mifsud fuq l-Operat tal-Korporazzjoni, il-Gvern qieghed jistudja kif se jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tas-Sur Mifsud fir-ristrutturazzjoni li trid issir fi hdan il-Korporazzjoni. Huwa qal li l-qaghda tal-professjonista fi hdan il-Korporazzjoni ta' l-Ilma ser tkun ikkunsidrata f'dan il-process.

F'din il-laqgha gew diskussi wkoll il-bzonn ta' l-infurzar ta' standards ta' kwalita' ta' xoghol waqt xoghlijiet li jsiru fit-toroq, kif ukoll titjib fil-middle management permezz ta' korsijiet edukattivi organizzati fi hdan l-Istitut ghat-Teknologija ta' l-Ilma.

Ghal din il-laqgha attendew is-Sur Mark Perez, President ta' l-Unjoni, is-Sur Robert Sammut, Vici-President, is-Sur Paul Micallef, Segretarju, is-Sur Tonio Muscat, Kaxxier u s-Sur Chris Vella bhala membru ta' l-Unjoni Professjonisti Korporazzjoni tas-Servizzi ta' l-Ilma.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow