Left arrow Mur Lura

Kummissjoni dwar Artijiet tal-Gvern ghal htigijiet socjali

pr0065
Date Icon 16/01/1997

Kif thabbar fil-Budget, il-Prim Ministru hatar Kummissjoni bil-ghan li tifli l-artijiet kollha li gew mghoddija lill-Gvern mill-Knisja taht il-ftehim bejniethom, kif ukoll dwar l-artijiet l-ohra tal-Gvern. Din il-Kummissjoni se tkun preseduta minn Dr. Karmenu Mifsud Bonnici waqt li l-membri l-ohra huma il-Perit Piju Busuttil, il-Perit John Sciberras, in-Nutar Joseph Debono u l-Perit Joe Mizzi. Is-Segretarju tal-Kummissjoni hu s-Sur Joseph Zammit, Segretarju tal-Kabinett.

Il-Kummissjoni giet mitluba taghmel rakkomandazzjonijiet dwar liema huma meded ta' art f'Malta u f'Ghawdex li jistghu jintuzaw ghal progetti ta' bini ta' housing estates godda li jkunu mibnija bi shab bejn il-Gvern u s-settur privat. Fi progetti bhal dawn, il-Gvern jippartecipa l-aktar bl-art in kwistjoni u s-settur privat bil-hidma u l-kapital tieghu.

Il-Kummissjoni mistennija wkoll tidentifika meded ta' art li jkunu jistghu jigu allokati fi plots ragjonevoli ghal bini minn cittadini privati.

Il-Kummissjoni mistennija tispicca l-hidma taghha fi zmien tliet xhur. Il-Prim Ministru ta struzzjonijiet lil din il-Kummissjoni biex ir-rakkomandazzjonijiet taghha jkunu konformi mal-ligijiet vigenti li jharsu l-ambjent.

It-twaqqif ta' din il-Kummissjoni qed isir bil-ghan li tizdied il-provvista ta' akkomodazzjonijiet ghal dawk il-koppji li qeghdin ifittxu djar u appartamenti skond il-mezzi finanzjarji taghhom u bi prezz ragjonevoli ghal kulhadd. Il-Gvern ghandu mandat elettorali li jahdem fuq pjan fit-tul li jikkunsidra l-ispazju ta' l-art li jkun hemm allokat ghalih ir-rizorsi mehtiega kif ukoll li s-settur privat jidhol fi shab mal-Gvern ghall-bini ta' l-istess akkomodazzjonijiet.

Il-Gvern wiret qaghda difficli fil-qasam tal-'housing socjali'minhabba n-nuqqas ta' opportunitajiet mehtiega biex ikun hawn provvista bizzejjed ta' djar ghall-bejgh u ghall-kiri. Dan wassal biex il-problema tal-'housing socjali' kompliet tikber u tinfirex. Mhux talli l-prezz ta' l-art ghall-bini kien qed joghla minn zmien ghal zmien, izda baqghu ma ttiehdu l-ebda inizjattivi godda biex jilqghu ghal din il-problema.

It-twaqqif tal-Kummissjoni dwar artijiet tal-Gvern ghal skopijiet socjali qed issir biex matul din il-legislatura tizdied il-provvista ta' akkomodazzjoni xierqa ghall-kiri u ghall-bejgh bi prezzijiet xierqa. F'din il-hidma l-Gvern behsiebu joffri spazju shih ghall-inizjattiva privata.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow