Programm ta' Pavimentazzjoni ta' Toroq fil-Belt: Il-Ministru Charles Buhagiar u s-Segretarju Parlamentari Gavin Gulia jiltaqghu mas-Sidien tal-Hwienet ta' Triq Zakkarija
"Il- Programm ta' Pavimentazzjoni tat-Toroq ghandu l-ghan li jirranga l-ambjent tal-Belt Valletta halli tinghata aktar hajja u tkun utilizata ahjar." Dan qalu l-Ministru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni, il-Perit Charles Buhagiar, waqt laqgha li huwa u s-Segretarju Parlamentari ghas-Self-Employed, akkumpanjati mis-Sur Ray Bondin mill-Progett ghar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta , kellhom mas-sidien tal-hwienet ta' Triq Zakkarija.
Il-Ministru Buhagiar qal li dan il-progett idur fuq diversi kuncetti. L-ewwel haga li trid tinghata importanza hija li s-servizzi infrastrutturali jkunu mghoddija minn taht it-triq b' tali mod li ma jkunx hemm il-bzonn li wara li tkun trangat it-triq terga titkisser. Ghaldaqstant ser jitbidlu l-mains u l-house connections ta' l-ilma. Ser isir ukoll sistema biex il-cables tat-telefon , ta' l-elettriku u tal-Melita Cable jkunu jistghu jghaddu minn taht l-art, kif ukoll ser jittiehdu mizuri biex jekk jkun hemm bzonn jghaddu xi cables ma jkunx hemm ghalfejn jinqala l-paviment. Wara tibda hidma biex tinghata dehra gdida lill-estetika tat-triq. F' dan il-progett ser tinghata importanza ukoll biex l-ilma tax-xita li jaqa' f'din il-lokalita jingabar.
Ix-xoghol mistenni jibda fi Frar u ser isir kollu mill-haddiema tal-Gvern. Ix-xoghol se isir f'hin li jkun ta' l-inqas tfixkil ghal tal-hwienet u ghall-pubbliku in generali. Il-Ministru Buhagiar ippropona li s-sidien tal-hwienet ta' Triq Zakkarija jiffurmaw kumitat biex flimkien mieghu, mar-residenti u mad-dipartimenti u korporazzjonijiet kollha involuti jiddiskutu aktar dan il-programm.
Min naha tieghu is-Segratarju Parlamentari ghas-Self Employed, l-Avukat Gavin Gulia, qal li dan il-progett juri l-koperazzjoni li ghaddejja bejn il-Ministeri.
Is-Sur Ray Bondin, ko-ordinatur tal-Progett ghar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, qal li d-disinn tal-paviment sar mill-V.R.P. stess u se tintuza lava u gebel tal-qawwi. Dan il-progett ser ikun iffinanzjat mill-Gvern mill-vot mghoddi lill-Progett ghar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta.
Prezenti ghal din il-laqgha kien hemm ukoll il-Perit Karm Mifsud Borg, mid-Dipartiment ta' l-Estates Managment, u s-sur Piju Fenech - Regional Officer mid-Dipartiment ta' Local Council Contracting Unit fuq il-Belt Valletta fi hdan il-Ministeru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901