Left arrow Go Back

Zjara tal-Ministru George Vella f'Ruma

pr0062
Date Icon 15/01/1997

Fl-ewwel jum taz-zjara tieghu f'Ruma, illum, id-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-tabib George Vella kellu laqgha fit-tul mal-Ambaxxaturi tal-pajjizi ta' l-Unjoni Ewropea akkreditati Malta u residenti f'Ruma, li fiha ddiskutew fit-tul ir-relazzjonijiet prezenti u futuri ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea, fid-dawl tal-politika "Ewropea" gdida tal-Gvern Malti.

Id-diskussjoni li ghaliha kienu wkoll prezenti ufficjali gholja mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin Taljan mid-divizjoni ghall-Affarijiet Politici u Ekonomici, kopriet aspetti varji tal-politika tal-Gvern prezenti, kemm f'dak li ghandu x'jaqsam mal-politika "Ewropea" kif ukoll dik "Mediterranja".

Iz-zjara tad-Deputat Prim Ministru tkompli ghada meta mistennija jsiru laqghat mad-Deputat Prim Ministru Taljan, Walter Veltroni mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Lamberto Dini, mal-Ministru tad-Difiza Beniamino Andreatta, kif ukoll diversi mexxejja ta' Partiti Politici Taljani.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow